Skambji tad-dejta personali bejn l-UE u l-Istati Uniti

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2016) 117 final) — Flussi ta’ Dejta Transatlantiċi: Nirritornaw il-Fiduċja permezz ta’ Salvagwardji Qawwija

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Hija tqis il-passi meħuda mill-Unjoni Ewropea (UE) biex tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-2013 biex terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja fil-flussi ta’ dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti. Dik il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea segwiet rapporti ta’ programmi ta’ ġbir ta’ intelliġenza fuq skala kbira fl-Istati Uniti.

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni tal-2013 stabbilixxiet tliet azzjonijiet ewlenin imfassla biex terġa’ tinbena l-fiduċja fil-flussi tad-dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti:

Il-pakkett ta’ riforma huwa magħmul minn żewġ strumenti:

Il-pakkett ġie adottat formalment f’April 2016.

Il-komunikazzjoni tal-2013 dwar l-Isfera ta’ Sikurezza indikat għadd ta’ dgħufijiet fil-funzjonament tal-arranġament, b’mod partikolari nuqqas ta’:

Il-kisbiet tat-Tarka tal-Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti, is-sett ta’ regoli ġodda li jissostitwixxi l-Isfera ta’ Sikurezza, huma stabbiliti fil-komunikazzjoni f’erba’ kategoriji:

Il-komunikazzjoni tiddikjara li l-Ftehim Komprensiv jipprovdi sett armonizzat u komprensiv ta’ salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta li se japplika għall-iskambji transatlantiċi kollha bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-qasam tal-eżekuzzjoni tal-liġi kriminali (jew, b’mod alternattiv, bejn l-entitajiet privati u l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi abbażi ta’ ftehim internazzjonali, bħal dawk fuq ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri jew il-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu). B’mod partikolari dan:

Il-Ftehim Komprensiv ġie ffirmat mill-UE u mill-Istati Uniti fit-2 ta’ Ġunju 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Sfera ta’ Sikurezza: isem mogħti lis-sett ta’ regoli tal-UE u l-Istati Uniti tal-2000 dwar it-trasferiment ta’ dejta personali mill-UE lejn kumpaniji fl-Istati Uniti u l-użu sussegwenti tagħha. Id-deċiżjoni ta’ adegwatezza dwar l-Isfera ta’ Sikurezza tal-Kummissjoni (li sabet li r-regoli kienu jipprovdu livell adegwat ta’ protezzjoni għat-trasferimenti tad-dejta transatlantika) kienet invalidata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Ottubru 2016 u sadanittant ġiet issostitwita mit-Tarka ta’ Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Flussi ta’ Dejta Transatlantiċi Nirritornaw il-Fiduċja permezz ta’ Salvagwardji Qawwija (COM(2016) 117 final, 29.2.2016)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1-88)

Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89-131)

l-aħħar aġġornament 28.11.2016