Il-protezzjoni ta’ data personali li tintuża mill-awtoritajiet tal-pulizija u tal-ġustizzja kriminali (mill-2018)

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva (UE) 2016/680 – il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom mill-awtoritajiet tal-pulizija u tal-ġustizzja kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tistabbilixxi li d-data miġbura mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tkun:

Limiti ta’ żmien

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti taż-żmien għat-tħassir tad-data personali jew għal rieżami regolari tal-bżonn li tinħażen tali data.

Individwi kkonċernati (“suġġetti tad-data”)

Id-direttiva tistabbilixxi li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jagħmlu distinzjoni ċara bejn id-data ta’ kategoriji differenti ta’ persuni, inkluż:

Informazzjoni lil suġġetti tad-data u aċċess għad-data

L-individwi għandhom id-dritt li ċerta informazzjoni ssir disponibbli – u f’ċerti każi pprovduta – lilhom mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti, inkluż:

L-individwi għandhom id-dritt li jiksbu konferma mill-awtoritajiet kompetenti dwar jekk id-data personali tagħhom hijiex qed tiġi pproċessata, u għall-aċċess għal tali data u informazzjoni relatata mal-ipproċessar tagħha.

Sigurtà u rreġistrar

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà għad-data personali li jkun xieraq għar-riskju. Fejn l-ipproċessar tad-data jkun awtomatizzat, għandhom jiġu stabbiliti għadd ta’ miżuri, inkluż li:

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iżommu reġistru b’informazzjoni bħad-data u l-ħin tal-aċċess għal data personali u l-ismijiet ta’ dawk li kkonsultaw id-data jew lil min ġiet żvelata d-data. Ir-reġistri għandhom prinċipalment jintużaw għall-verifika tal-legalità tal-ipproċessar, l-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tal-ipproċessar u għal proċeduri kriminali.

Revoka

Id-direttiva tissostiwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali b’effett mis-6 ta’ Mejju 2018.

Rieżami

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet komunikazzjoni bl-isem“It-triq ’il quddiem dwar l-allinjar tat-tielet pilastru preċedenti tal-acquis mar-regoli tal-protezzjoni tad-data” f’Ġunju 2020.

L-ewwel rapport dwar il-valutazzjoni u r-rieżami tad-direttiva għandha tkun lesta sal-5 ta’ Mejju 2022.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mill-5 ta’ Mejjuu 2016. L-Istati Membri kellhom jittrasponu d-direttiva (jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom) sas-6 ta’ Mejju 2018.

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Mezzi tad-data. Disks jew tagħmir ieħor biex taħżen id-data.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89–131).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/680 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1–88).

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 39–98).

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (ĠU L 201, 31.7.2002, pp. 37–47).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 14.01.2022