Protezzjoni tad-data personali (mill-2018)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Drittijiet taċ-ċittadini
Il-GDPR isaħħaħ drittijiet eżistenti, jipprovdi għal drittijiet ġodda u jagħti liċ-ċittadini aktar kontroll fuq id-data personali tagħhom. Dawn jinkludu:
-
aċċess aktar faċli għad-data tagħhom — inkluż l-għoti ta’ aktar informazzjoni dwar kif dik id-data tiġi pproċessata u l-iżgurar li dik l-informazzjoni hija disponibbli b’mod ċar u li jinftiehem;
-
dritt ġdid għall-portabbiltà tad-data — li jiffaċilita t-trażmissjoni tad-data personali bejn il-fornituri tas-servizzi;
-
dritt għat-tħassir (“dritt li jintnesa”) aktar ċar — meta individwu ma jibqax jixtieq li d-data tiegħu tiġi pproċessata u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni leġittima biex tinżamm, id-data titħassar;
-
id-dritt li jkunu jafu meta d-data personali tagħhom tkun ġiet iħħekkjata — il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet ser ikollhom jinformaw lill-individwi mill-ewwel dwar ksur serju ta’ data. Huma ser ikollhom jinnotifikaw ukoll lill-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data rilevanti.
Regoli għan-negozji
Il-GDPR huwa mfassal biex joħloq opportunitajiet tan-negozju u jistimula l-innovazzjoni permezz ta’ għadd ta’ passi fosthom:
-
sett wieħed ta’ regoli madwar l-UE — liġi unika madwar l-UE għall-protezzjoni tad-data hija stmata li tiffranka EUR 2.3 biljun fis-sena;
-
uffiċjal għall-protezzjoni tad-data, responsabbli mill-protezzjoni tad-data, ser jiġi nnominat mill-awtoritajiet pubbliċi u min-negozji li jipproċessaw id-data fuq skala kbira;
-
punt uniku ta’ servizz — in-negozji ser ikollhom jittrattaw biss ma’ awtorità superviżorja unika waħda (fil-pajjiż tal-UE li fih huma bbażati prinċipalment);
-
regoli tal-UE għal kumpaniji mhux fl-UE — kumpaniji bbażati barra mill-UE għandhom japplikaw l-istess regoli meta joffru servizzi jew oġġetti, jew meta jimmonitorjaw l-imġiba tal-individwi fl-UE;
-
regoli favur l-innovazzjoni — garanzija li jinbnew salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fi prodotti u servizzi mill-aktar stadju bikri tal-iżvilupp (protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku);
-
tekniki favur il-privatezza bħall-psewdonimizzazzjoni (meta oqsma ta’ identifikazzjoni fi ħdan reġistrazzjoni tad-data jiġu sostitwiti minn identifikatur artifiċjali wieħed jew aktar) u kriptaġġ (meta d-data tkun kodifikata b’tali mod li partijiet awtorizzati biss jistgħu jaqrawha);
-
it-tneħħija ta’ notifiki — ir-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data ser ineħħu ħafna mill-obbligi ta’ notifika u l-ispejjeż assoċjati magħhom. Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament dwar il-protezzjoni tad-data huwa li jitneħħew l-ostakli sabiex ikun hemm fluss liberu tad-data personali fl-UE. Dan ser jiffaċilita l-espansjoni tan-negozji;
-
valutazzjonijiet tal-impatt — in-negozji ser ikollhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt meta l-ipproċessar tad-data jista’ jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi;
-
iż-żamma ta’ reġistru — l-SMEs mhumiex meħtieġa li jżommu reġistri tal-attivitajiet tal-ipproċessar, diment li l-ipproċessar ikun regolari jew x’aktarx li jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna li d-data tagħha tkun qiegħda tiġi pproċessata.
Reviżjoni
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissottometti rapport dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tar-Regolament mill-25 ta’ Mejju 2020.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Il-GDPR ser japplika mill-25 ta’ Mejju 2018.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1–88)
ATTI RELATATI
Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89–131)
l-aħħar aġġornament 25.05.2020