Strateġija tal-UE għall-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2012-2015

L-UE adottat strateġija dwar il-benesseri tal-annimali sabiex tindirizza n-nuqqas ta' infurzar tar-regoli fil-qasam; ittejjeb il-valur ekonomiku tal-benesseri tal-annimali għan-negozji u żżid l-għarfien tal-ħtieġa għal livelli għoljin ta' benesseri tal-annimali.

REFERENZI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (COM(2012)6 final/2 tal-15.2.2012 - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

L-Artikolu 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi li l-annimali huma esseri li jħossu u jeħtieġ li tingħata l-kunsiderazzjoni kollha għar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali meta jiġu fformulati u infurzati l-politiki tal-UE.

Il-varjetà tas-sistemi ta' biedja, il-kundizzjonijiet klimatiċi u t-terren fil-pajjiżi membri tagħha, wasslu għal diffikultajiet konsiderevoli fir-rigward ta' ftehimiet madwar l-UE kollha fuq il-benesseri tal-annimali u diffikultajiet addizzjonali fl-iżgurar tal-infurzar korrett u uniformi tagħhom.

Danl-infurzar mhux ugwali, kif ukoll il-fatt li hemm diskrepanzi fil-leġislazzjoni, ifisser li l-annimali fl-UE mhumiex ittrattati skont l-istess standards u l-bdiewa f'dawk il-pajjiżi fejn ir-regoli huma infurzati b'mod aktar strett huma żvantaġġati mil-lat kompetittiv.

L-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Annimali tal-UE (2012-2015) timmira li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-benesseri għall-annimali fl-irziezet, fiż-żooijiet u għal dawk l-annimali użati għal għanijiet ta' esperimentazzjoni. Din tinvolvi approċċ ibbażat fuq żewġ punti:

Introduzzjoni : soġġett għar-riżultati ta' valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tqis li tintroduċi qafas legali ssimplifikat ibbażat fuq approċċ olistiku, li jiffoka fuq ir-riżultati tal-benesseri tal-annimali attawali. Sejra tenfasizza wkoll l-istandards tal-edukazzjoni u professjonali tal-partijiet kollha kkonċernati (awtoritajiet tal-pajjiżi membri, persunal li jiġġestixxi annimali, produtturi tal-bhejjem, bejjiegħa bl-imnut, eċċ.).

Tisħiħ ta' azzjonijiet għaddejjin mill-Kummissjoni: dawn jinkludu:

L-aħħar aġġornament: 06.02.2014