Regoli komuni dwar il-FEŻR, l-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS (2014-2020)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1303/2013 - dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistipula l-prinċipji, ir-regoli u l-istandards komuni għall-operazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (fondi SIE) għall-perjodu 2014-2020.

PUNTI EWLENIN

Rapport tal-Qorti tal-Awdituri

Fl-2017, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport dwar il-ftehimiet ta’ sħubija ffirmati bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE. Ir-rapport ikkonkluda li l-fondi ffukaw fuq it-tkabbir u l-impjiegi, identifikaw il-ħtiġijiet tal-investiment u rnexxielhom isarrfu dawn f’għanijiet u riżultati. Madankollu, huwa nnota wkoll il-fehma li ġew żviluppati wisq indikaturi tal-prestazzjoni u l-kejl tal-prestazzjoni mhuwiex armonizzat bejn id-diversi fondi.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12, pp. 320-469)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, pp. 1-66)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 259-280).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 281-288)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 289-302)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta’ tali raggruppamenti (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 303-319) u l-corrigendum tiegħu (ĠU L 330, 3.12.2016, p. 5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 470-486)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 487–548)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Leġiżlazzjoni sekondarja

Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 2/2017: In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni: l-infiq qed ikun aktar immirat lejn il-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed isiru dejjem aktar kumplessi

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/190/UE tat-3 ta’ April 2014 li tistabbilixxi t-tqassim annwali, skont l-Istat Membru, tar-riżorsi globali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni fil-qafas tal-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, it-tqassim annwali, skont l-Istat Membru, tar-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika għall-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ, flimkien mal-lista ta’ reġjuni eliġibbli u l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti mill-allokazzjonijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fondi Strutturali ta’ kull Stat Membru għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għall-għajnuna maħsuba għall-persuni l-aktar fil-bżonn, għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 104, 8.4.2014, pp. 13-42)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, 20.5.2014, pp. 1-3)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, pp. 65-84)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, pp. 45-50)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014 pp. 5-44)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ mudell għal programmi operazzjonali skont l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea fir-rigward ta’ mudell għall-programmi ta’ kooperazzjoni skont il-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. (ĠU L 87, 22.3.2014, pp. 1-48)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, pp. 7-20)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE tat-18 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta’ Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 50, 20.2.2014, pp. 22-34)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, pp. 1-7)

l-aħħar aġġornament 08.09.2017