Regoli komuni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (2014–2020)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1303/2013 — dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Rapport tal-Qorti tal-Awdituri

Il-pandemija tal-COVID-19emendi għar-Regolament

Estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament għall-programmi tal-FAEŻR

Ir-Regolament (UE) 2020/2220 jestendi sal-31 ta’ Diċembru 2022 kemm l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-programmi appoġġati mill-FAEŻR kif ukoll il-perjodu ta’ żmien ta’ dawk il-programmi. Dan huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ talba biex jiġu emendati l-programmi ta’ żvilupp rurali rilevanti għall-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, li se jibqa’ għaddej sakemm il-politika agrikola komuni l-ġdida tiġi implimentata mill-1 ta’ Jannar 2023.

Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)

Wara l-invażjoni mir-Russja tal-Ukrajna, ir-Regolament (UE) 2022/562 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b’dawn il-modi li ġejjin:

Żieda fil-prefinanzjament minn riżorsi REACT-EU u t-twaqqif ta’ kost unitarju (CARE+)

Biex tikkumplimenta dawn il-miżuri, it-tieni emenda kienet introdotta biex jiżdied il-prefinanzjament minn riżorsi REACT-EU u biex tistabbilixxi kost unitarju, magħruf bħala CARE+ (Regolament (UE) 2022/613). L-iskop ewlieni ta’ dan ir-regolament hu li jipprovdi likwidità addizzjonali u jissimplifika l-proċeduri amministrattivi relatati man-nefqa.

Il-prefinanzjament miżjud ġie mill-baġit REACT-EU, fejn l-Istati Membri jirċievu 4% addizzjonali u b’hekk tiżdied ir-rata tal-prefinanzjament minn 11% għal 15%. Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom il-fruntiera mal-Ukrajna jew li kellhom influss ta’ refuġjati li jaqbeż il-1% tal-popolazzjoni tagħhom fl-ewwel xahar wara l-invażjoni Russa, jirċievu 34% addizzjonali, u b’hekk tiżdied ir-rata ta’ prefinanzjament minn 11% għal 45%. Dawn id-disa’ StatiMembri huma l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja

L-opzjoni ta’ għażla simplifikata fil-livell tal-UE għandha l-għan li tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv ħalli l-isforzi jkunu jistgħu jkunu ffukati fuq il-kisba ta’ objettivi ta’ politika aktar wiesgħa, u verifika ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fit-tul ma jittardjawx l-implimentazzjoni. Minflok ma tipprodi dokumentazzjoni għal kull xirja (pereżempju, kutri, oġġetti tal-iġjene, oġġetti bażiċi tal-ikel u personali), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ sempliċiment titlob għal kost unitarju ta’ €40 fil-ġimgħa għal kull persuna b’protezzjoni temporanja (jew protezzjoni xierqa taħt il-liġi nazzjonali) għal massimu ta’ 13-il ġimgħa. Din l-opzjoni tista’ tindirizza b’mod effettiv l-ispejjeż li jkollhom organizzazzjonijiet mhux governattivi u awtoritajiet lokali li taw appoġġ immedjat fil-fruntiera mill-ewwel jum tal-invażjoni. L-opzjoni tal-kost simplifikat kienet imsaħħa addizzjonalment mill-emenda FAST-CARE, li żiedet l-ammont għal €100 fil-ġimgħa għal kull persuna u estendiet l-appoġġ għal 26 ġimgħa (ara hawn taħt).

Assistenza flessibbli għat-territorji — FAST-CARE

Regolament (UE) 2022/2039 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-perjodu 2021–2027, Regolament (UE) 2021/1060 (ara s-sommarju). Minħabba li dan jikkonċerna l-modifiki tar-regolament 2014–2020 dwar il-provvedimenti komuni, ir-regoli għandhom l-għan li jintroduċu akbar flessibbiltà biex jgħinu jsaħħu l-użu tar-riżorsi mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u li jħallu introduzzjoni progressiva aktar lixxa ta’ proġetti li jkollhom dewmien bejn il-programmi tal-2014–2020 u tal-2021–2027.

Appoġġ għal enerġija affordabbli (SAFE)

Bħal parti mill-emendi inklużi f’Regolament (UE) 2023/435, il-bidliet fil-mira u eċċezzjonali għar-regolament dwar il-provvedimenti komuni 2014–2020, magħrufa bħala SAFE, għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-Istati Membri u lir-reġjuni li jkunu qed jiffaċċjaw l-isfidi li huma riżultat tal-kriżi tal-enerġija kurrenti.

Speċifikament, SAFE tipprovdi għal:

Dawn il-bidliet fil-mira huma bbażati fuq l-istess regoli bħall-flesssibbiltajiet ta’ qabel offruti minn CARE u FAST-CARE.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 320–469).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Politika tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 159–706).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, pp. 1–29).

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri Rapport Speċjali Nru 2/2017: In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014–2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni: l-infiq qed ikun aktar immirat lejn il-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed isiru dejjem aktar kumplessi.

Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, pp. 166).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/190/EU tat-3 ta’ April 2014 li tistabbilixxi t-tqassim annwali skont l-Istat Membru tar-riżorsi globali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt l-għan għal investiment għal tkabbir u impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tar-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika għall-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ flimkien mal-lista ta’ reġjun eliġibbli u l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti mill-allokazzjonijiet mill-Fond ta’ Koeżjoni ta’ kull Stat Membru u tal-Fondi Strutturali għall-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa u għall-għajnuna maħsuba għall-persuni l-iktar fil-bżonn għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 104, 8.4.2014, pp. 13–42).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, 20.5.2014, pp. 1–3).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, pp. 45–50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014 pp. 5–44).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ mudell għal programmi operazzjonali skont l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea fir-rigward ta’ mudell għall-programmi ta’ kooperazzjoni skont il-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. (ĠU L 87, 22.3.2014, pp. 1–48).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, pp. 1–7).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas- 7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65–84).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, pp. 7–20).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE tat-18 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u l-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 50, 20.2.2014, pp. 22–34).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 259–280).

Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 281–288).

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 289–302).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta’ tali raggruppamenti (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 303–319).

Ir-Regolament (UE) 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 470–486).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 487–548).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 24.03.2023