Xiri pubbliku — regoli għas-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u dak postali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2014/25/UE dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

X'INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Valuri limitu

Il-kuntratti għandhom jinħarġu minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, impriżi pubbliċi jew entitajiet li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklussivi (jiġifieri l-entitajiet koperti minn din id-direttiva), skont ir-regoli tad-direttiva meta l-ammonti involuti huma ogħla mil-limiti li ġejjin (validi mill-1 ta' Jannar 2016):

Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa dawn il-limiti kull sentejn sabiex tiddetermina jekk għandhomx jinbidlu skont l-obbligi internazzjonali tal-UE.

Attivitajiet koperti

Id-direttiva tapplika għall-akkwist pubbliku:

Eżenzjonijiet

Id-direttiva ma tapplikax għal kuntratti:

Formoli standard ġodda għall-avviżi tal-akkwist

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 jintroduċi formoli standard ġodda għall-pubblikazzjoni ta' avviżi dwar l-akkwist pubbliku. Dawn il-formoli ġodda kienu japplikaw għall-avviżi kollha ġodda dwar l-akkwist pubbliku sat-18 ta' April 2016.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-17 ta' April 2014. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fid-dritt nazzjonali sat-18 ta' April 2016.

SFOND

Il-leġiżlazzjoni ġenerali tal-UE li tistabbilixxi r-regoli għall-akkwist pubbliku tinsab fid-Direttiva 2014/24/UE. Dawn ir-regoli jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u jistipulaw li l-awtoritajiet nazzjonali, meta jużaw l-akkwist pubbliku biex jistiednu lill-offerenti għal xogħol li jixtiequ li jitwettaq, iridu jittrattaw lill-applikanti kollha b'mod ugwali u jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejniethom. Dawn iridu wkoll ikunu trasparenti fil-mod kif joperaw u jieħdu d-deċiżjonijiet.

Għal aktar informazzjoni ara:

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243-374)

L-Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/25/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65-242)

Ara l-verżjoni konsolidata

Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1-64).

Ara l-verżjoni konsolidata

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011 (ĠU L 296, 12.11.2015, p. 1-146)

l-aħħar aġġornament 19.09.2016