Sħubija pubblika-privata fil-mediċini innovattivi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi t-tieni fażi tal-Impriża Konġunta (JU) tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (IMI) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020.

L-IMI 2 JU għandha l-għan li tiżviluppa vaċċini, mediċini u trattamenti ġodda. Dan isir permezz ta’ proġetti ta’ riċerka konġunta li jindirizzaw l-isfidi tas-saħħa tal-Ewropa u jiżguraw li l-industrija farmaċewtika tal-Ewropa tibqa’ kompetittiva.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

Aġenda ta’ Riċerka Strateġika

L-enfasi ta’ IMI 2 hija fuq 4 oqsma ta’ riċerka:

Il-prijoritajiet tas-saħħa li għandhom jiġu indirizzati mill-IMI jinkludu:

Ġestjoni

Baġit

Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-IMI 2 hija sa massimu ta’ EUR 1.638 biljun għall-perjodu sal-2024. Din se tkun akkumpanjata b’kontribuzzjoni oħra ta’ EUR 1.425 biljun impenjata mill-industrija tal-farmaċewtika (kontribuzzjonijiet in natura). Huwa mistenni li jasal finanzjament addizzjonali minn industriji jew organizzazzjonijiet oħrajn tax-xjenza tal-ħajja li jiddeċiedu li jikkontribwixxu għall-IMI 2 bħala membri jew sħab assoċjati fi proġetti individwali. Il-JU tfittex ukoll li tiżviluppa sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mis-27 ta’ Ġunju 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Bijomarkaturi: indikaturi bijoloġiċi użati biex jidentifikaw individwi bi predispożizzjonijiet għal ċertu mard.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabblixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, pp. 54-76)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 174, 13.6.2014, pp. 7-11)

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 81-103)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 104-173)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 21.08.2018