Regoli tal-UE li jiżguraw li l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi huma preċiżi

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2014/31/UE dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi regoli uniformi madwar l-UE kollha dwar il-bejgħ u t-tħaddim ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (NAWIs)*. L-NAWIs huma importanti għall-kummerċ, għall-konsumaturi u għall-industrija billi jiggarantixxu l-preċiżjoni tal-kejl u jgħinu fit-trasparenza u li t-tranżazzjonijiet kummerċjali jsiru b’mod ġust.

Hija għandha l-għan li:

Il-benefiċċji għandhom jinkludu:

Id-Direttiva tfassal mill-ġdid u tħassar id-Direttiva 2009/23/KE.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva ġġib il-leġiżlazzjoni dwar l-NAWIs konformi mal-“qafas leġiżlattiv il-ġdid” tal-UE. Dan il-qafas jinkludi żewġ testi komplementari:

Kamp ta’ applikazzjoni

Responsabbilitajiet tal-manifatturi, tal-importaturi u tad-distributuri

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li:

L-importaturi għandhom jiżguraw li:

Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

Barra minn hekk, id-Direttiva:

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2014/31/UE rrevediet u ssostitwiet id-Direttiva 2002/95/KE u kellha tiġi applikata fil-pajjiżi tal-UE mill-20 ta’ April 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Strument tal-użin mhux awtomatiku: strument tal-użin li jeħtieġ l-intervent tal-bniedem waqt l-użin.
Korp notifikat: organizzazzjoni indipendenti maħtura minn pajjiż tal-UE biex tivvaluta l-konformità ta’ ċerti prodotti qabel ma jitqiegħdu fis-suq. Huwa jwettaq kompiti relatati mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, meta jkun meħtieġ l-intervent ta’ awtorità esterna.
Rappreżentant awtorizzat: kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni stabbilit fl-UE b’mandat bil-miktub minn manifattur biex jaġixxi f’isimhom.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107-148)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30-47)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82-128)

l-aħħar aġġornament 12.11.2019