L-iżgurar tas-sikurezza tal-liftijiet

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2014/33/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija għandha żewġ għanijiet:

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tistabbilixxi regoli uniformi dwar it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta’ liftijiet u ta’ komponenti tas-sikurezza għalihom. Din tapplika għal liftijiet li jservu binjiet u kostruzzjonijiet b’mod permanenti u li huma maħsuba għat-trasport ta’ nies u ta’ oġġetti. Din ma tapplikax għal funikulari, paranki, skalaturi jew passaġġi Liftijiet b’veloċità baxxa (b’veloċità ta’ mhux aktar minn 0.15 m/s) huma wkoll esklużi mill-iskop.

Id-direttiva tiddefinixxi r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza li kull lift jeħtieġ li jissodisfa. Barra minn hekk, tiddefinixxi r-responsabbiltajiet tal-manifatturi, tal-importaturi u tad-distributuri fil-kuntest tat-tqegħid fuq is-suq tal-liftijiet u tal-komponenti tas-sigurezza tagħhom:

Barra minn hekk, id-direttiva tispeċifika kif l-awtoritajiet nazzjonali li jimmonitorjaw is-sikurezza għandhom jidentifikaw u jwaqqfu l-importazzjoni ta’ komponenti ta’ sikurezza jew ta’ liftijiet perikolużi minn pajjiżi mhux tal-UE.

MINN META JAPPLIKAW DAWN IR-REGOLI?

Id-direttivairrevediet u ħassret id-direttiva 95/16/KE.

Din kellha tiġi trasposta f’liġi nazzjonali sad- 19 ta’ April 2016. Dawn ir-regoli ilhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.

SFOND

Id-direttiva taġġorna r-regoli tal-UE għat-tqegħid fuq is-suq u għat-twegħid fis-servizz ta’ liftijiet u ta’ komponenti ta’ sikurezza tagħhom. Dan jagħmel parti mill-impenn biex il-liġi tal-UE tiġi modernizzata f’varjetà wiesgħa ta’ setturi industrijali li jimmiraw biex jissimplifikaw ir-regoli, jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jistabbilixxu regoli iktar ċari u konsistenti.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sigurezza għal-liftijiet (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 96, 29.3.2014, pp. 251-308).

l-aħħar aġġornament 30.08.2022