Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali

Suspettati jew persuni akkużati b’offiża kriminali f’pajjiż tal-UE għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet proċedurali tagħhom u bl-akkużi kontrihom.

ATT

Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali.

SOMMARJU

Suspettati jew persuni akkużati b’offiża kriminali f’pajjiż tal-UE għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet proċedurali tagħhom u bl-akkużi kontrihom.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-pajjiżi tal-UE kollha minkejja l-istatus ġuridiku, iċ-ċittadinanza jew in-nazzjonalità tal-persuna. Hija mfassla sabiex tgħin tipprevjeni intoppi fil-ġustizzja u sabiex tnaqqas in-numru ta’ appelli.

PUNTI EWLENIN

Persuni suspettati u akkużati għandhom jiġu infurmati minnufih, jew bil-fomm jew bil-kitba, b’bosta drittijiet proċedurali. Dawn jinkludu:

Barra minn hekk, persuni arrestati għandhom jirċievu minnufih Ittra tad-Drittijiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (jiġifieri l-pulizija jew mill-ministeru tal-ġustizzja, jiddependi mill-pajjiż tal-UE), miktuba f’lingwaġġ sempliċi, li tipprovdi informazzjoni dwar aktar drittijiet fosthom:

Meta persuna tkun ġiet arrestata taħt Mandat ta’ Arrest Ewropew, hija għandha tiġi pprovduta b’Ittra tad-Drittijiet speċifika mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li tirrifletti d-drittijiet differenti li japplikaw f’dik is-sitwazzjoni.

Barra minn hekk, suspettati jew persuni akkużati għandhom jiġu pprovduti minnufih b’informazzjoni dwar l-att kriminali li huma jkunu ġew suspettati li wettqu u (aktar tard) b’informazzjoni dettaljata dwar l-akkuża. Jekk ikunu ġew arrestati jew miżmumin, għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal dan l-arrest jew għal din id-detenzjoni. Għandu jkollhom ukoll aċċess għall-materjali tal-kawża sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2012 u kellha tiġi trasposta mill-pajjiżi tal-UE sat-2 ta' Ġunju 2014.

SFOND

Id-Direttiva hija t-tieni pass f’serje ta’ miżuri li flimkien huma mfasslin sabiex jistabbilixxu regoli minimi għal drittijiet proċedurali madwar l-UE skont il-Pjan Direzzjonali tal-2009 għad-drittijiet proċedurali. Issegwi Direttiva tal-2010 dwar id-drittijiet tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni.

Għal aktar tagħrif, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2012/13/UE

21.6.2012

2.6.2014

ĠU L 142 tal-1.6.2012, pp. 1-10

l-aħħar aġġornament 02.03.2015