L-immigrazzjoni - ir-rispons tal-UE

Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni - COM(2015) 240 final

ATT

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni (COM(2015) 240 final tat-13.5.2015)

SOMMARJU

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tiżviluppa sett ta’ inizjattivi speċifiċi sabiex tiġi mmaniġġjata aħjar l-immigrazzjoni billi jiġi żgurat li l-pajjiżi tal-UE jieħdu s-sehem ġust tagħhom ta’ immigranti u ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil.

Peress li tindirizza d-dimensjoni esterna kif ukoll dik interna tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE, tfittex li tagħti spinta lill-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi barra l-grupp.

PUNTI EWLENIN

Prijoritajiet fuq terminu qasir

Azzjoni immedjata biex jiġi evitat iktar telf ta’ ħajjiet fil-Mediterran:

żieda fl-isforzi ta’ tiftix u salvataġġ fil-Mediterran,

l-immirar tan-netwerks tal-kuntrabandu kriminali li jisfruttaw migranti vulenrabbli,

l-użu ta’ kriterji oġġettivi biex l-immigranti jiġu rilokati u risistemizzati fost il-pajjiżi membri tagħha,

ħidma mill-qrib mal-pajjiżi Afrikani biex jitnaqqsu l-flussi tal-immigrazzjoni,

għajnuna lil dawk il-pajjiżi tal-UE li jirċievu immigranti ġodda.

Prijoritajiet fuq terminu medju/twil

Ġestjoni aħjar tal-aspetti kollha tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni:

it-tnaqqis tal-inċentivi għall-immigrazzjoni illegali:

ħidma ma’ pajjiżi sħab sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi li jġiegħlu lill-persuni jippruvaw jiġu l-Ewropa,

iż-żarmar tan-netwerks ta’ kuntrabandu u traffikar,

it-titjib tal-politika tal-UE dwar ir-ritorn ta’ migranti illegali f’pajjiżhom.

it-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri:

l-istabbiliment ta’ proċeduri biex il-fruntieri esterni kollha tal-UE jiġu mmaniġġjati b’mod iktar effiċjenti,

iktar użu mit-teknoloġija,

appoġġ għall-kontrolli tal-fruntieri eżistenti.

it-titjib tal-politika tal-UE dwar l-ażil:

l-iżvilupp ta’ sistema ċara biex jintlaqgħu il-persuni li jfittxu l-ażil li permezz tagħha r-responsabbiltà għall-akkoljenza tagħhom se tiġi kondiviża b’mod aktar ġust bejn il-pajjiżi tal-UE.

l-iżvilupp ta’politika ta’ migrazzjoni legali ġdida:

fokus sabiex jiġu attirati persuni bil-ħiliet li l-UE teħtieġ fi żmien meta l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol tagħha qed tonqos.

Aktar

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015) 185 final tat-28.4.2015)

l-aħħar aġġornament 26.08.2015