Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (sa Diċembru 2020)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2016/1624 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kompiti ewlenin tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Operazzjonijiet ta’ salvataġġ

Skont il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, kwalunkwe bastiment li jipparteċipa fl-operazzjonijiet marittimi kkoordinati mill-Aġenzija huwa marbut jipprovdi assistenza lill-persuni li jkunu jinsabu f’diffikultajiet fuq il-baħar. L-Aġenzija tassisti lill-pajjiżi parteċipanti fit-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ sabiex tipproteġi u ssalva l-ħajjiet waqt l-operazzjonijiet ta’ sorveljanza fil-fruntieri fuq il-baħar.

Monitoraġġ tal-flussi tal-migrazzjoni u analiżi tar-riskju

Gwardji tal-fruntiera u tal-kosta tal-UE

Ipproċessar ta’ data personali

Tħassir

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 se jitħassar u jiġi sostitwit fil-31 ta’ Diċembru 2020 bir-Regolament (UE) 2019/1896 li jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ġdida u msaħħa — ara s-sommarju.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament daħal fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru 2016. Ir-riżervi ta’ reazzjoni rapida u tat-tagħmir tekniku ilhom fis-seħħ minn Diċembru 2016.

SFOND

L-istabbiliment tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta huwa waħda mill-miżuri stabbiliti taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni biex jissaħħu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE.

Ara wkoll

TERMINI EWLENIN

Operazzjonijiet konġunti: operazzjonijiet ikkoordinati mill-Aġenzija u li jinvolvu riżorsi umani u tagħmir tekniku pprovdut minn pajjiż tal-UE wieħed jew aktar.
Operazzjonijiet ta’ ritorn: meta l-Aġenzija tikkoordina operazzjoni li tinvolvi tisħiħ tekniku u operazzjonali li jingħata minn pajjiż tal-UE wieħed jew aktar, li taħtha persuni rimpatrijati minn pajjiż wieħed jew aktar jiġu ritornati — fuq bażi furzata jew volontarja.
Interventi ta’ ritorn: meta l-Aġenzija tipprovdi lill-pajjiżi tal-UE b’assistenza teknika u operazzjonali mtejba, li tikkonsisti mill-istazzjonament ta’ timijiet Ewropej ta’ intervent ta’ ritorn f’pajjiżi tal-UE u tikkoordina l-operazzjonijiett ta’ ritorn.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, pp. 1-76)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 2016/1624 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, pp. 1-131)

Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, pp. 1-52)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 27.08.2020