Regoli dwar il-qsim tal-fruntieri tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2016/399 li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Magħruf ukoll bħala l-“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen”, dan jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, regoli dwar:

PUNTI EWLENIN

Il-Kodiċi jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw:

Għal min japplika?

Il-“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen” jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għal kwalunkwe persuna li taqsam il-fruntieri esterni fiż-żona Schengen. Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija għadhom mhumiex membri sħaħ taż-żona Schengen iżda jridu jsegwu r-regoli li jikkonċernaw il-kontrolli fil-fruntieri esterni.

Fruntieri esterni

Meta jaqsmu l-fruntieri esterni, ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li ma jibbenefikawx mill-moviment liberu skont iid-dritt tal-Unjoni huma soġġetti għal kontrolli bir-reqqa skont il-kundizzjonijiet tad-dħul fil-pajjiż, inkluż konsultazzjoni sistematika ta’ bażijiet ta’ data rilevanti bħas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) kif ukoll verifika tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) jekk il-persuna hija soġġetta għall-obbligu tal-viża.

F’każ ta’ soġġorn ippjanat fit-territorju ta’ pajjiżi ta’ Schengen, għal mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum, iċ-ċittadini ta’ pajjiż mhux tal-UE għandhom:

Id-dħul ta’ ċittadin minn pajjiż terz (pajjiż mhux fiż-żona Schengen jew pajjiż mhux tal-UE) li mhux qed jibbenefika mil-libertà ta’ moviment skont id-dritt tal-Unjoni jista’ jiġi rrifjutat biss b’deċiżjoni meħuda minn awtorità nazzjonali rilevanti li tiddikjara r-raġunijiet preċiżi għar-rifjut u tista’ tkun soġġetta għal appell.

Fruntieri interni

Fiż-żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni (jiġifieri ż-żona Schengen bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija), kwalunkwe persuna ta’ kwalunkwe nazzjonalità tista’ taqsam kwalunkwe fruntiera interna mingħajr ma jitwettqu kontrolli tal-fruntieri fuqha. Minkejja dan, l-awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali għandhom id-dritt li jwettqu kontrolli tal-pulizija, inkluż fiż-żona tal-fruntiera, soġġetti għal regoli u għal limitazzjonijiet speċifiċi.

Pajjiżi li huma parti miż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni għandhom ineħħu l-ostakoli kollha għall-fluss tat-traffiku mexxej f’punti tal-qsim stradali fil-fruntieri interni, u b’mod partikolari kwalunkwe limitu tal-veloċità mhux ibbażat b’mod esklużiv fuq kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq.

Dħul mill-ġdid temporanju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera

Il-kontrolli fil-fruntieri interni jistgħu jerġgħu jiddaħħlu f’każijiet eċċezzjonali fi ħdan iż-żona Schengen għal perjodu limitat ta’ żmien meta:

Emendi riċenti tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Kontrolli sistematiċi kontra bażi ta’ data rilevanti fil-fruntieri esterni

Minn April 2017, bl-emendi għar-Regolament (UE) 2017/458 kien jeħtieġ kontrolli sistematiċi kontra bażijiet ta’ data rilevanti li għandhom jitwettqu fuq ċittadini tal-UE/ŻEE (Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea)/Żvizzeri fuq il-fruntieri esterni taż-żona Schengen, flimkien mal-kontrolli eżistenti li diġà jsiru fuq ċittadini mhux tal-UE. Ir-regoli l-ġodda ġew introdotti bħala reazzjoni għall-attakki terroristiċi li laqtu diversi pajjiżi tal-UE fis-snin riċenti u għandhom jgħinu b’mod partikolari biex jindirizzaw it-theddid ta’ ġellieda-terroristi li twieldu fl-UE li jmorru jew jirritornaw minn barra. Il-kontrolli jsiru kemm mad-dħul kif ukoll mal-ħruġ mill-fruntieri esterni. Il-kontrolli jsiru kontra bażijiet ta’ data bħal-SIS u l-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa u mitlufa.

Sistema ta’ Dħulu Ħruġ

Ir-Regolament (UE) 2017/2225 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 biex titqies l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 li ħoloq sistema ċentralizzata għar-reġistrazzjoni ta’ data dwar id-dħul u l-ħruġ (Sistema ta’ dħul u ħruġ — EES) fir-rigward ta’ ċittadini mhux tal-UE li jiġu għal soġġorn qasir, ladarba dan tal-aħħar jidħol fis-seħħ. L-għan ewlieni tar-Regolament (UE) 2017/2225 huwa li jissostitwixxi l-ittimbrar tad-dokument tal-ivvjaġġar mad-dħul u l-ħruġ bir-reġistrazzjoni elettronika tad-dħul u l-ħruġ direttament fl-EES. L-użu ta’ sistemi ta’ kontroll tal-fruntieri awtomatizzati għal persuni soġġetti għal reġistrazzjoni fl-EES ġie integrat. Il-pajjiżi Schengen huma kapaċi wkoll jistabbilixxu programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni biex jippermettu lil ċittadini mhux tal-UE skrutinati minn qabel jibbenefikaw mad-dħul minn eċċezzjonijiet minn ċerti aspetti tal-kontrolli fuq il-fruntiera. Ir-Regolament (UE) 2017/2225 jibda japplika biss mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-EES.

l-eu-LISA, l-aġenzija responsabbli għall-immaniġġjar tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika (IT) fuq skala kbira tal-UE rilevanti għal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja hija diġà responsabbli għall-operat tat-tliet (3) sistemi tat-teknoloġija tal-informatika tal-UE essenzjali għas-salvagwardja taż-żona Schengen u l-ġestjoni tal-fruntieri. Dawn huma:

Skont ir-Regolament (UE) 2017/2226, l-eu-LISA ngħatat il-kompitu addizzjonali li tiżviluppa l-EES u li tiżgura li tkun ġestita tajjeb.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-12 ta’ April 2016. Ir-Regolament (UE) 2016/399 jikkodifika u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 562/2006 (u l-emendi sussegwenti tiegħu).

Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, kif adottat l-ewwel fil-15 ta’ Marzu 2006 (Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006), ilu japplika mit-13 ta’ Ottubru 2006.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen: sistema stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li biha l-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni flimkien iridu jwettqu evalwazzjonijiet regolari sabiex jivverifikaw li d-dritt tal-Unjoni fiż-żona tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni kif ukoll in-nuqqas ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni, inkluż il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, qiegħed jiġi applikat kif suppost. Jekk jinstabu nuqqasijiet serji fit-twettiq tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tirrakkomanda li pajjiż tal-UE jieħu miżuri speċifiċi. Fil-każ ta’ dgħjufijiet serji u ripetuti, il-kontrolli fil-fruntieri interni jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid bħala miżura tal-aħħar istanza.

DOKUMENT EWLIENI

ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (kodifikazzjoni) (ĠU L 77, 23.3.2016, pp. 1-52)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 2016/399 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99-137)

Ir-Regolament (UE) 2017/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (ĠU L 327, 9.12.2017, pp. 1-19)

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, pp. 20-82)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, pp. 1-76)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, pp. 27-37)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, pp. 1-32)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.05.2020