Ippjanar aggressiv tat-taxxa

Il-Kummissjoni qiegħda tissuġġerixxi modi kif għandhom jiġu indirizzati teknikalitajiet u 'loopholes' legali li xi kumpaniji jistgħu jisfruttaw sabiex jevitaw milli jħallsu s-sehem ġust ta' taxxa tagħhom.

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/772/UE dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva.

SOMMARJU

L-inidirizzar tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa huwa wieħed mill-aspetti ta' pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni iddisinjat biex jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi relatati mat-taxxa.

Il-pjan ta' azzjoni jistabbilixxi modi kif għandha titjieb il-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-pajjiżi tal-UE, kif għandu jiġi miġġieled l-abbuż u n-nuqqas doppju ta' tassazzjoni, u kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati ma' rifuġji fiskali (tax havens) u reati relatati mat-taxxa.

Fil-preżent, xi persuni li jħallsu t-taxxa jistgħu jużaw arranġamenti kumplessi, xi kultant artifiċjali biex jirrilokaw il-bażi ta' taxxa tagħhom lejn ġurisdizzjonijiet oħrajn fi ħdan jew barra mill-Unjoni Ewropea. Huma u jagħmlu dan, jieħdu vantaġġ min-nuqqas ta' konformità fil-liġijiet nazzjonali sabiex jiżguraw li ċerti punti ta' dħul jibqgħu ma jiġu intaxxati mkien jew sabiex jisfruttaw id-differenzi fir-rati ta' taxxa. Din il-problema ssir referenza għaliha bħala ippjanar aggressiv tat-taxxa.

Id-diffikultà ewlenija hija li ppjanar relatat mat-taxxa dejjem iktar sofistikat imexxi l-profitti taxxabbli lejn pajjiżi b'sistemi ta' tassazzjoni li huma aktar ta' benefiċċju għal min iħallas it-taxxa. Din il-prattika tnaqqas l-obbligazzjonijiet ta' taxxa permezz ta' arranġamenti li jimxu mal-liġi perfettament iżda jmorru kontra l-ispirtu - loopholes legali.

Ippjanar aggressiv tat-taxxa jieħu forom differenti, u l-konsegwenzi tiegħu jinkludutnaqqis doppju (eż. l-istess telf jitnaqqas kemm fil-pajjiż tas-sors kif ukoll f'dak tar-residenza) unuqqas doppju ta' tassazzjoni (eż. dħul li mhuwiex intaxxat fil-pajjiż fejn jiġi ggwadanjat u huwa eżenti fil-pajjiż ta' residenza).

Għaldaqstant, il-Kummissjoni qiegħda tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE sabiex jiżguraw li konvenzjonijiet ta' tassazzjoni doppja konklużi ma' pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE oħrajn jinkludu klawsola ddisinjata sabiex tirrisolvi tip identifikat speċifikament ta' nuqqas doppju ta' tassazzjoni.

Tirrakkomanda wkoll l-użu ta' regola kontra l-abbużi ġenerali komuni sabiex tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-effikaċja f'qasam fejn il-prattika tvarja b'mod konsiderevoli bejn il-pajjiżi tal-UE.

Hemm bosta proposti oħrajn f'dan il-qasam. Pereżempju, is-sistema tal-VAT attwali ġiet identifikata bħala waħda li hija vulnerabbli għal frodi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċediet li tistabbilixxi forum għall-VAT tal-UE. Hawnhekk, rappreżentanti ta' negozji u awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jiskambjaw opinjonijiet fuq aspetti prattiċi ta' amministrazzjoni tal-VAT applikabbli għal transazzjonijiet bejn il-pajjiżi tal-UE. Jistgħu jidentifikaw u jiddiskutu wkoll l-aqwa prattiċi li jistgħu jgħinu biex jagħmlu l-ġestjoni tas-sistema tal-VAT aktar diretta u jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, filwaqt li jiżguraw id-dħul mill-VAT.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

L-iskadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/772/UE

-

-

Il-Ġurnal Uffiċjali L 338 tat-12.12.2012.

DOKUMENTI LI SSIR REFERENZA GĦALIHOM

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Pjan ta' Azzjoni sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. (COM(2012)722 final - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti. (COM(2013)814 final - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

Id-direttiva sussidjarji prinċipali (Direttiva 2011/96/UE) ġiet iddisinjata oriġinarjament sabiex timpedixxi milli kumpaniji tal-istess grupp ibbażati f'pajjiżi tal-UE differenti, jiġu ntaxxati doppju fuq l-istess dħul (tassazzjoni doppja). Madankollu, ċerti kumpaniji sfruttaw dispożizzjonijiet fid-Direttiva u nuqqas ta' konformità bejn regoli tat-taxxa fuq livell nazzjonali sabiex ma jiġu intaxxati xejn fi kwalunkwe pajjiż tal-UE (nuqqas doppju ta' tassazzjoni).

L-emenda proposta sejra tissikka d-direttiva sabiex l-arranġamenti ta' pjanar tat-taxxa speċifiċi (arranġamenti ta' self ibridu) ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjonijiet fit-taxxa. Skont din il-proposta, pagament ta' self ibridu huwa taxxa li tista' titnaqqas fil-pajjiż tal-UE fejn hija bbażata s-sussidjarja, imbagħad għandu jiġi intaxxat mill-pajjiż tal-UE fejn tkun stabbilita l-kumpanija prinċipali. Dan għandu jwaqqaf lill-kumpaniji b'fergħat f'aktar minn pajjiż tal-UE wieħed milli jippjanaw pagamenti bejn fergħat f'pajjiżi differenti sabiex jibbenefikaw minn nuqqas doppju ta' tassazzjoni.

l-aħħar aġġornament 21.02.2014