Restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’tagħmir elettriku u elettroniku

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2011/65/UE — dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din issaħħaħ ir-regoli eżistenti dwar l-użu ta’ sustanzi perikolużi, bħaċ-ċomb, il-merkurju u l-kadmju, f’tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari billi tippermetti l-irkupru u t-trattament tal-iskart tal-EEE ambjentalment korrett.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni riformulata taġġorna d-Direttiva 2002/95/KE li llimitat l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fl-EEE billi, fost affarijiet oħrajn, estendiet ir-restrizzjonijiet fl-użu ta’ sustanzi perikolużi għal firxa usa’ ta’ EEE.

Kamp ta’ applikazzjoni

Esklużjonijiet

Ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għal firxa ta’ oġġetti bħal armi, tagħmir għall-ispazju, għodod industrijali kbar li jibqgħu f’posthom (eżempju, pressa tal-istampar, magni għad-dħin u għat-titqib) u installazzjonijiet fissi (eżempju, ġeneraturi tal-elettriku). Eżenti wkoll huma pannelli fotovolajiċi.

Id-Direttiva (UE) 2017/2102 temenda d-Direttiva 2011/65/UE biex tindirizza għadd ta’ kwistjonijiet, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati tal-leġiżlazzjoni minħabba l-ambitu miftuħ introdott fl-2011.

Din teskludi orgnijiet u xi makkinarju mobbli mhux tat-triq mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Għandha wkoll l-għan li tagħti spinta lill-ekonomija ċirkolari billi titneħħa l-projbizzjoni fuq operazzjonijiet sekondarji tas-suq (li jinvolvu t-tiswija, is-sostituzzjoni ta’ spare parts, ir-restawr u l-użu mill-ġdid u retrofitting) għall-EEE li waqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE preċedenti iżda li ma jikkonformawx mad-Direttiva 2011/65/UE.

Spare parts użati mill-ġdid, irkuprati mill-EEE, jistgħu jkunu eżentati sakemm l-użu mill-ġdid isir f’sistemi ta’ ritorn verifikabbli bejn negozju u ieħor ta’ ċirku magħluq, u li l-użu mill-ġdid tal-ispare parts ikun innotifikat lill-konsumatur.

Eżenzjonijiet

Obbligi

Adattament u rieżami

MINN META BDIET TIĠI APPLIKATA D-DIRETTIVA?

Din ilha tiġi applikata mill-21 ta’ Lulju 2011. Id-Direttiva 2011/65/UE rrevediet u ħadet post id-Direttiva2002/95/KE (u l-emendi sussegwenti tagħha) li kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sa 2004. Ir-regoli l-ġodda fid-Direttiva 2011/65/UE kellhom isiru liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni) (ĠU L 174, 1.7.2011, pp. 88-110)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2011/65/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha biss valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 01.09.2023