It-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra kkawżati mill-bniedem (gassijiet fluworurati)

Ir-regolament huwa mfassal sabiex itaffi t-tibdil fil-klima u jħares l-ambjent billi jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (gassijiet fluworurati). Dan għandu l-għan li jnaqqas dawn b’żewġ terzi tal-livelli tal-lum sal-2030.

ATT

Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006.

SOMMARJU

Ir-regolament huwa mfassal sabiex itaffi t-tibdil fil-klima u jħares l-ambjent billi jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (gassijiet fluworurati). Dan għandu l-għan li jnaqqas dawn b’żewġ terzi tal-livelli tal-lum sal-2030.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trażżin, l-użu, l-irkupru u l-qerda tal-gassijiet fluworurati. Huwa jipprojbixxi l-bejgħ ta’ ċerti prodotti li fihom il-gassijiet fluworurati.

Dan ikopri l-idrofluworokarburi (HFCs)*, il-perfluworokarburi (PFCs)* u l-eżafluworuri tal-kubrit (SF6)*.

Huwa jistabbilixxi limitu annwali globali fuq l-impatt fuq il-klima tal-HFCs. Dan ser jitnaqqas gradwalment bejn l-2015 u l-2030.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi l-obbligi li ġejjin:

Il-Kummissjoni ser tirrapporta dwar l-effetti tar-regolament sal-31 ta’ Diċembru 2022.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-1 ta’ Jannar 2015.

SFOND

Il-gassijiet fluworurati huma gassijiet b’effett ta’ serra kkawżati mill-bniedem b’effett ta’ tisħin globali b’sa 23 000 darba akbar minn dak tad-diossidu tal-karbonju. Dawn huma responsabbli għal 2 % tal-emissjonijiet b’effett ta’ serra fl-UE. Il-gassijiet fluworurrati spiss jistgħu jiġu sostitwiti b’alternattivi iktar favur il-klima.

TERMINI EWLENIN

* L-HFCs jintużaw bħala refriġeranti, solventi għat-tindif u aġenti li jneffħu l-fowm (bħal tagħmir għat-tifi tan-nar).

* Il-PFCs jintużaw biex jiġu manifatturati semikondutturi, bħala solventi għat-tindif u bħala aġenti li jneffħu l-fowm.

* l-eżafluworuri tal-kubrit jintużaw fi switchgear ta’ vultaġġ għoli u fil-produzzjoni tal-manjeżju.

Għal aktar informazzjoni, ara l-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 517/2014

9.6.2014

-

ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195-230.

l-aħħar aġġornament 23.07.2015