Negozjati dwar il-klima tan-NU: Protokoll ta’ Kyoto — l-ewwel perjodu ta’ impenn

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt ta’ l-obbligi tiegħu

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Hija tagħti l-approvazzjoni legali tal-UE għall-Protokoll ta’ Kyoto — ftehim skont il-Konvenzjonijiet Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) — u konferma li l-UE u l-15-il pajjiż li kienu membri meta l-leġiżlazzjoni ġiet adottata (l-“UE-15”) sejrin jonoraw l-impenji li daħlu għalihom bi tnaqqis ta’ 8% fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tagħhom meta mqabbla mal-livelli tal-1990 għall-UE in ġenerali.

PUNTI EWLENIN

SFOND

Il-Protokoll ta’ Kyoto kien, sal-konferenza dwar il-klima f’Pariġi f’Diċembru 2015, l-unika ftehim li jorbot legalment fid-dinja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Adottat f’Diċembru 1997, fih wegħdiet min-nazzjonijiet industrijalizzati parteċipanti biex inaqqsu l-emissjonijiet totali tagħhom ta’ 6 gassijiet serra (dijossidu tal-karbonju, metanu, ossidu nitruż, hydrofluorocarbons, perfluorocarbons u hexafluoride tal-kubrit) b’medja ta’ 5 % matul l-ewwel perjodu ta’ impenn (2008-2012) meta mqabbel mal-livelli tal-1990.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Mejju 2002.

SFOND

“L-ewwel perjodu ta’ impenn ta’ Kyoto (2008-12)” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt ta’ l-obbligi tiegħu (ĠU L 130 tal-15.5.2002, p. 1–3)

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1–5)

l-aħħar aġġornament 08.02.2016