Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà tal-UE aktar kompetittiv u effiċjenti

Il-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet proposti sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tad-difiża u tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea (UE).

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti. (COM(2013) 542 finali tal-24.7.2013 - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

Il-Kummissjoi Ewropea ipproponiet strateġija ġdida sabiex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża, sabiex tesplora kif oqsma oħrajn bħall-enerġija, l-ispazju u teknoloġija b’użu doppju (b’użu ċivili u militari) jistgħu jikkontribwixxu għal ħiliet ta’ difiża tal-Ewropa u jnaqqsu l-barrieri bejn is-swieq nazzjonali tad-difiża.

F’termini ġenerali, il-politika industrijali tal-Kummissjoni Ewropa għandha l-għan illi tħajjar il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni u l-appoġġ għal SMEs. L-idea ġenerali hija li tagħti lill-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (CSDP) bażi industrijali soda, sfidata bi tnaqqis bla preċedent tal-baġits għad-difiża fl-Ewropa. Permezz tas-CSDP, l-UE tipprova tipprevjeni kunflitti esterni u timmaniġġja kriżijiet li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-sigurtà.

L-industrija tad-difiża hija kkonċentrata l-aktar f’sitt Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Isvezja u r-Renju Unit (1)), għalkemm kumpaniji li jipproduċu apparat u sistemi anċillarji jinsabu madwar l-Ewropa kollha. Aktar minn 1 350 SME għandhom rwol importanti fis-settur tad-difiża Ewropea.

Kompetittività

L-ideat proposti għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-insudustrija tad-difiża Ewropa jinkludu standards u ċertifikazzjoni tal-UE, aċċess aħjar għal materja prima u appoġġ speċifiku (eż f’termini ta’ aċċess għall-finanzi tal-UE) għal SMEs fid-difiża.

Kooperazzjoni ċivili-militari

Hawnhekk l-idea hja li jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ użu doppju ta’ riċerka ffinanzjata mill-UE, eżempju f’oqsma bħal teknoloġiji prinċipali li jistgħu jintużaw kemm fid-difiża kif ukoll fid-dinja ċivili. Proposta oħra tal-Kummissjoni hija li l-UE tesplora b'mod komuni sorsi alternattivi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tal-forzi armati tagħhom.

Benefiċċji

Gvernijiet tal-UE, kumpaniji tad-difiża u min iħallas it-taxxa kollha jiggwadanjaw mill-proposti jekk dawn jidħlu fis-seħħ.

Pajjiżi tal-UE huma mistennija li jibbenenfikaw minn iffrankar ta’ ħin u flus permezz ta’ standards u ċertifikazzjoni tal-UE, speċjalizzazzjoni tar-rwoli, riċerka u akkwisti komuni, kif ukoll armati aktar effiċjenti fl-enerġija u infrastruttura tal-użu tal-ispazju aktar effiċjenti.

l-aħħar aġġornament 15.05.2014



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.