Approċċ ġdid għall-ġestjoni ta’ falliment u insolvenza ta’ negozju

Kull sena, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jfallu madwar 200 000 negozju u 1.7 miljun persuna jitilfu xogħolhom. Ir-rakkomandazzjoni l-ġdida timmarka ċaqliq lejn ristrutturar preventiv ta’ negozji vijabbli sabiex tippermettilhom li jibqgħu joperaw u sabiex tissalvagwardja l-impjiegi filwaqt li tippermetti lill-kredituri jiġbru aktar mill-investiment tagħhom. Trid ukoll illi tiżgura li l-intraprendituri falluti jkollhom ċans ieħor.

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/135/UE tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar approċċ ġdid għall-falliment tan-negozju u l-insolvenza

SOMMARJU

L-attitdunijiet Ewropej lejn l-insolvenza tan-negozji jinsabu fi fluss, b’riformi għal-liġi eżistenti tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar l-insolvenzi transfruntiera diġà qegħdin iseħħu. Din ir-rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kumissjoni Ewropea madankollu għandha l-għan illi tipprovdi qafas komuni għar-regoli nazzjonali dwar l-insolvenza.

Il-qafas jippermetti lid-debituri li:

Il-proċedura ta’ ristrutturar għandha l-għan illi tkun waħda rapida, ma tiswiex ħafna flus u tippermetti li kemm jista’ jkun passi jittieħdu barra l-qrati. Medjatur jew superviżur jista’ jiġi maħtur sabiex jassisti fin-negozjati bejn id-debitur u l-kredituri.

Tieni ċans

Evidenza ċara li intraprendituri onesti li jingħataw tieni ċans wara l-falliment ikunu aktar ta’ suċċess fin-negozju sussegwenti kkonvinċiet lill-Kummissjoni sabiex tirrakkomanda li intraprendituri jingħataw bidu ġdid wara l-falliment.

L-intraprendituri jkunu meħlusin għal kollox mid-djun tagħhom fi żmien 3 snin minn deċiżjoni tal-qorti li tiftaħ proċedimenti ta’ falliment jew id-data tal-bidu ta’ kwalunkwe pjan ta’ ħlas lura.

Madankollu, ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi li ħelsien sħiħ mhuwiex dejjem xieraq u l-pajjiżi tal-UE jistgħu jintroduċu liġijiet aktar stretti sabiex jiskoraġġixxu lil intraprendituri diżonesti jew lil dawk li ma għandhomx rispett lejn l-obbligi legali tagħhom lejn il-kredituri tagħhom.

Jistgħu jkunu permessi wkoll liġijiet nazzjonali sabiex jissalvagwardjaw l-għajxien tal-intraprenditur u tal-familja tiegħu/tagħha billi jippermettu lill-intraprenditur iżomm ċerti assi.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Rakkomandazzjoni 2014/135/UE

3.4.2014

-

ĠU L 74 ta’ 14.3.2014

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Approċċ Ewropew ġdid għall-falliment tan-negozju u l-insolvenza (COM(2012) 742 finali tat-12.12.2012 - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza (COM(2012) 744 finali tat-12.12.2012 - mhux ippubblilkata fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 28.07.2014