Reatturi nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja - Għajnuna għad-dekummissjonar tal-UE

Meta kienu qegħdin jinnegozjaw sabiex jissieħbu fl-UE, il-Bulgarija u s-Slovakkja impenjaw ruħhom li jagħlqu l-impjanti nukleari simili għal dak ta' Chernobyl sa data miftiehma. L-UE qablet li tgħin lil dawn il-pajjiżi jkopru l-ispejjeż kbar tal-proċess ta’ dekummissjonar*.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u li jirrevoka r-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010.

SOMMARJU

Meta kienu qegħdin jinnegozjaw sabiex jissieħbu fl-UE, il-Bulgarija u s-Slovakkja impenjaw ruħhom li jagħlqu l-impjanti nukleari simili għal dak ta' Chernobyl sa data miftiehma. L-UE qablet li tgħin lil dawn il-pajjiżi jkopru l-ispejjeż kbar tal-proċess ta’ dekummissjonar*.

X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jiddeskrivi l-programm tal-UE ta’ appoġġ finanzjarju għal aspetti tad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija u tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja.

PUNTI EWLENIN

Objettivi speċifiċi tal-programmi:

Kozloduy:

Bohunice:

Iż-żewġ programmi jinkludu wkoll miżuri maħsubin biex iżommu livell għoli ta’ sikurezza fl-unitajiet li jkun qed isirilhom dekummissjonar, inkluż tal-persunal tagħhom.

Programmi ta' ħidma annwali konġunti

Kull sena mill-2014 sal-2020, il-Kummissjoni Ewropea tadotta programm ta' ħidma annwali konġunt għal Kozloduy u Bohunice fejn tispeċifika, f'kull każ, l-objettivi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-iskeda ta' żmien għall-użu tal-fondi.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom, ġew definiti indikaturi preċiżi sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati u vverifikati miż-żewġ programmi.

Baġit

L-UE għandha tagħmel il-kontribuzzjonijiet li ġejjin għal dan il-programm:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-1 ta’ Jannar 2014. Huwa jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010 minn dik id-data.

TERMINU EWLIENI

Dekummissjonar: dan huwa l-istadju finali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ installazzjoni nukleari bħal impjant tal-enerġija jew reattur tar-riċerka. Dan jinkludi kollox, mill-għeluq tal-installazzjoni u t-tneħħija tal-materjal nukleari għar-restorazzjoni tal-ambjent fis-sit u madwaru. Il-proċess jista' jieħu sa 30 sena.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġna elettronika dwar id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013

21.12.2013

-

ĠU L 346 tal-20.12.2013, p. 1-6

Rettifika

-

-

ĠU L 8 tal-11.1.2014, p. 31-31

l-aħħar aġġornament 17.03.2015