L-integrazzjoni tar-Roma fil-qasam tal-edukazzjoni

 

SOMMARJU

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill adottata fl-2013, titlob li jittieħdu miżuri f'għadd ta' oqsma, inkluż fl-edukazzjoni, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tar-Roma, l-ikbar minoranza etnika fl-Ewropa. Id-dritt għall-edukazzjoni tat-tfal hija miktuba fl-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

X’INHU L-GĦAN TAR-RAKKOMANDAZZJONI?

Turi l-impenn politiku b'saħħtu u kondiviż tal-pajjiżi tal-UE kollha biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex:

PUNTI EWLENIN

Fir-rigward tal-aċċess għall-edukazzjoni, ir-Rakkomandazzjoni titlob lill-pajjiżi tal-UE sabiex jieħdu miżuri biex jiżguraw li:

B'dawn il-miri f'moħħhom, il-pajjiżi tal-UE għandhom ifittxu li jiżguraw li:

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Rapportar u follow-up

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni Ewropea sal-1 ta' Jannar 2016 kwalunkwe miżura meħuda f'konformità mar-Rakkomandazzjoni; Minn hemm 'il quddiem, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fuq bażi annwali.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni pprovduta sservi bħala bażi għar-rapport annwali tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tal-integrazzjoni tar-Roma.

Ir-riżultati jiġu mitmugħin fil-proċess tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Mill-2012, bħala parti mis-Semestru Ewropew, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal 5 pajjiżi b'komunitajiet kbar ta' Roma (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja).

SFOND

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1-7)

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma sal-2020 (COM(2011) 173 finali tal-5 ta' April 2011)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom tal-2015 (COM(2015) 299 final tas-17 ta' Ġunju 2015)

l-aħħar aġġornament 15.10.2015