Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)

L-Unjoni Ewropea (UE) hija l-akbar donatriċi tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp fid-dinja. Minkejja dan l-impenn qawwi, iċ-ċittadini tal-UE spiss ma jkunux infurmati biżżejjed dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp. L-2015 se tkun Sena Ewropea għall-Iżvilupp biex tinħoloq kuxjenza f'dan il-qasam.

ATT

Deċiżjoni Nru 472/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015).

SOMMARJU

Madwar 1.3 biljun persuna fid-dinja għadhom qed jgħixu f'faqar monetarju estrem u l-ħtiġijiet ta' żvilupp uman ta' ħafna aktar għadhom mhux qed jiġu ssodisfati.

Is-sena 2015, li hija l-aħħar sena għall-ilħuq tal-għanijiet ta' żvilupp tal-millennju (MDGs), hija kkunsidrata okkażjoni unika biex jiġu evalwati sewwa dawn l-impenji internazzjonali, flimkien mar-riżultati ewlenin tal-politika ta' żvilupp tal-UE. Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp fl-2015 (EYD2015) toffri opportunità biex jiġu esposti l-politiki Ewropej prinċipali li ġew implimentati.

IL-ĦOLQIEN TAL-KUXJENZA PUBBLIKA

L-objettivi ewlenin tal-EYD2015 huma li:

L-UE U AZZJONIJIET NAZZJONALI

L-EYD2015 se tiffoka fuq kampanja mifruxa ta' informazzjoni u komunikazzjoni mal-Ewropa kollha li tindirizza gruppi fil-mira bħal żgħażagħ, ikkomplementata minn azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri (pereżempju avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu, skambji ta' informazzjoni u kondiviżjoni ta' esperjenza u prassi tajba).

Kemm l-azzjonijiet tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali ser jinvolvu liċ-ċittadini, lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, lill-imsieħba soċjali, lis-settur privat, u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali.

APPOĠĠ DIRETT U INDIRETT TAL-UE

L-appoġġ dirett u indirett tal-UE ser jingħata fl-għamla ta' għotjiet (li jkopru sa 80 % tal-kost finali tal-attivitajiet f'każijiet speċifiċi) jew id-dritt għall-użu tal-logo EYD2015 speċifiku għal azzjonijiet u miżuri mwettqa fil-kuntest tas-Sena Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni (UE) 472/2014/UE

29.5.2014

-

ĠU L 136 tad-9.5.2014

L-aħħar aġġornament: 30.06.2014