L-agrikoltura fl-UE — ir-regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament, li huwa wieħed mill-atti bażiċi tal-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE, jistabbilixxi r-regoli għall-finanzjament, għall-ġestjoni u għall-monitoraġġ taħt iż-żewġ fondi ewlenin tal-PAK.

Ir-regolament ġie emendat diversi drabi, l-aktar reċenti bir-Regolament (UE) 2020/2220.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli li jkopru:

Fondi li jiffinanzjaw il-PAK

Struttura ta’ governanza

Sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli

Biex jagħtu pariri lill-benefiċjarji dwar il-ġestjoni ta’ artijiet u l-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli.

Is-sistema tkopri għadd ta’ elementi, li jinkludu:

Ġestjoni finanzjarja

Ir-regolament jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni finanzjarja taż-żewġ fondi, inkluż:

Approvazzjoni tal-kontijiet

Kontrolli

Penali

Ir-regolament jipprovdi li, minbarra n-nuqqas ta’ ħlas jew l-irtirar ta’ pagament lill-benefiċjarji li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibilità, impenji jew obbligi oħra, il-pajjiżi tal-UE għandhom, jekk rilevanti, jimponu penali amministrattivi fuqhom.

Kundizzjonalità

Il-pagamenti diretti kollha, ċerti pagamenti għall-iżvilupp rurali u ċerti pagamenti għad-dwieli huma marbuta mal-konformità ma’ għadd ta’ rekwiżiti legali minimi relatati ma’:

Regoli komuni

Ir-regolament jistabbilixxi wkoll għadd ta’ regoli komuni li jkopru kwistjonijiet bħalma huma:

Il-pandemija tal-COVID-19

Wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ir-Regolament (UE) 2020/531 jippermetti lill-pajjiżi tal-UE jħallsu livell ogħla ta’ avvanzi lill-benefiċjarji għas-sena 2020. Dan biex jikkumpensa għad-dewmien potenzjali fil-pagamenti tal-għajnuna minħabba d-diffikultajiet amministrattivi eċċezzjonali li rriżultaw u li wasslu biex jiddewwem it-twettiq tal-verifiki.

Regoli trażizzjonali għas-snin 2021 u 2022

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/2220, adottat f’Diċembru 2020, jippermetti l-applikazzjoni kontinwa tar-regoli taħt il-qafas tal-PAK 2014-2020 u jiżgura l-kontinwità tal-pagamenti lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ mill-FAEG u l-FAEŻR fis-snin 2021 u 2022, sad-data tal-applikazzjoni tal-qafas legali l-ġdid li jkopri l-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2023.

Għal kull waħda mis-snin 2021 u 2022, l-ammont tar-riżerva huwa stabbilita għal EUR 400 miljun (skont il-prezzijiet tal-2011) u jaqa’ taħt l-Intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 (ara s-sommarju).

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 549-607)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, pp. 1-23)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, pp. 24-252)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/531 tas-16 ta’ April 2020 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għall-pagamenti diretti kif ukoll għal miżuri ta’ żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-pagamenti diretti (ĠU L 119, 17.4.2020, pp. 1-2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, pp. 59-124)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, pp. 69-124)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, pp. 48-73)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014 pp. 1-17)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, pp. 18-58)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 487-548)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 608-670)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 671-854)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.01.2023