Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport: Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti

It-trasport huwa fundamentali għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna. Dan jippermetti lill-persuni jgawdu l-libertà li jivjaġġaw, imexxi l-merkanzija fil-kontinent u joħloq tkabbir u impjiegi. Fl-istess waqt, irid ikun sostenibbli minħabba l-limitazzjonijiet tar-riżorsi u ambjentali li qed jiżdiedu.

ATT

Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (COM(2011) 144 finali tat-28 ta’ Marzu 2011).

SOMMARJU

It-trasport huwa fundamentali għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna. Dan jippermetti lill-persuni jgawdu l-libertà li jivjaġġaw, imexxi l-merkanzija fil-kontinent u joħloq tkabbir u impjiegi. Fl-istess waqt, irid ikun sostenibbli minħabba l-limitazzjonijiet tar-riżorsi u ambjentali li qed jiżdiedu.

X’JAGĦMEL IL-PJAN DIREZZJONALI?

Dan jistabbilixxi 40 punt ta’ azzjoni speċifiku u jelenka 131 inizjattiva konkreta għad-deċennju li jmiss sabiex jibni sistema ta’ trasport kompetittiva li se telimina l-punti ta' konġestjoni prinċipali u ċċaqlaq il-persuni u l-merkanzija b’mod effiċjenti u sikur fl-Unjoni Ewropea (UE). Il-proposti għandhom inaqqsu d-dipendenza tal-UE fuq iż-żejt importat, jiksbu mobilità fil-bliet essenzjalment ħielsa mis-CO2 fiċ-ċentri urbani ewlenin sal-2030 u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju mit-trasport b’60 % sal-2050

PUNTI EWLENIN

Il-pjan direzzjonali jidentifika l-għanijiet li ġejjin biex tiġi ggwidata l-azzjoni ta’ politika:

Din l-istrateġija komprensiva għat-trasport tfittex li toħloq sistema ta’ trasport kompetittiva li se żżid il-mobilità, tneħħi l-ostakoli ewlenin f’żoni importanti u tistimola t-tkabbir u l-impjiegi sal-2050. Din hija kkomplementata minn inizjattivi bħal:

Għal aktar informazzjoni ara l-paġna web dwar Temi tat-trasport: strateġiji Ewropej tal-Kummissjoni Ewropea.

l-aħħar aġġornament 08.05.2015