Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
Hija għandha l-għan li tintroduċi standards ta’ sigurtà uniformi għall-ħajja u l-proprjetà tal-persuni fuq il-vapuri tal-passiġġieri kif ukoll fuq inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira, bħal aliskafi, li jintużaw fi vjaġġi domestiċi fl-ibħra tal-UE (jiġifieri bejn portijiet tal-istess pajjiż tal-UE).
Filwaqt li oriġinarjament kienet maħsuba bħala kodifikazzjoni tad-Direttiva 98/18/KE, ġie minflok deċiż li d-Direttiva tal-1998 titfassal mill-ġdid. Id-Direttiva 2009/45/KE għalhekk tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva 98/18/KE.
Fl-2017, wara reviżjoni tad-direttiva taħt l-inizjattiva tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (magħruf bħala REFIT), ġiet adottata d-Direttiva (UE) 2017/2108. Din temenda d-Direttiva 2009/45/KE u tiċċara u tissimplifika r-regoli u l-istandards għall-vapuri tal-passiġġieri.
Il-leġiżlazzjoni tapplika għall-bastimenti tal-passiġġieri magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti u għall-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri.
Il-bastimenti tal-passiġġieri huma maqsumin f’erba’ kategoriji (A, B, Ċ, D) skont iż-żoni marittimi fejn joperaw.
Il-pajjiżi tal-UE jippubblikaw il-lista taż-żoni tal-baħar u l-kategoriji tal-bastimenti kkonċernati, inkluż kwalunkwe perjodu ristrett, f’bażi ta’ data disponibbli għall-pubbliku.
Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati dwar il-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jirrispettaw il-bastimenti, bħal:
L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jirrikjedu rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali jekk huma jqisu li dawn huma mistħoqqa miċ-ċirkostanzi lokali speċifiċi.
Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal ċertitipi ta’ bastimenti, bħal:
Din id-Direttiva ta’ Emenda:
Id-Direttiva 2009/45/KE ilha tapplika mill-. Id-Direttiva 2009/45/KE irrevediet u ssostitwixxiet id-Direttiva 98/18/KE(u l-emendi sussegwenti tagħha).
Id-Direttiva (UE) 2017/2108 daħlet fis-seħħ fl- u għandha tapplika fil-pajjiżi tal-UE sal-.
Il-bastimenti użati għal vjaġġi domestiċi fl-ibħra tal-UE għandhom jissodisfaw l-istandards ta’ sigurtà bażiċi sabiex jipproteġu l-ħajja tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tagħhom. Dawn l-istandards isaħħu b’mod konsiderevoli minn mindu l-vapur Estonia għereq fil-Baħar Baltiku fl-1994.
Id-Direttiva 2009/45/KE hija l-aktar strument leġiżlattiv tal-UE estensiv fil-qasam tas-sigurtà tal-bastimenti tal-passiġġieri. Din hija kkomplementata minn regoli tal-UE speċifiċi għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u għall-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira, u r-reġistrazzjoni tal-persuni abbord il-vapuri.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 163, , p. 1–140).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/45/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Direttiva (UE) 2017/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 315, , p. 40-51)
l-aħħar aġġornament