Programm tal-politika tal-ispettru tar-radju
Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju tal-UE jimmira li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern f'oqsma politiċi tal-UE varji li jinvolvu l-użu ta' spettru tar-radju u li jiżgura li l-UE timmassimizza l-użu tagħha ta' din ir-riżorsa finita b'mod koordinat.
ATT
Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.
SOMMARJU
Il-programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju fuq 5 snin tal-UE jiddefinixxi l-ippjanar u l-armonizzazzjoni strateġika tal-użu tal-ispettru għal oqsma tas-Suq Intern tal-UE, bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-ispazju, it-trasport, l-enerġija u l-politiki awdjoviżivi, minħabba li l-aċċess għall-ispettru tar-radju huwa essenzjali għal firxa kbira ta' attivitajiet minn komunikazzjonijiet bla fili għax-xandir, apparat fuq medda qasira, għat-trasport, applikazzjonijiet tas-sigurtà pubblika u applikazzjonijiet spazjali.
L-objettivi tal-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju huma li:
L-Istati Membri huma meħtieġa:
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa l-aqwa prattiċi fuq kundizzjonijiet u proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-faxex tal-ispettru sabiex tevita frammentazzjoni eċċessiva tas-suq intern.
Biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri bħal:
L-Istati Membri għandhom jallokaw porzjon suffiċjenti ta' spettru għaċ-ċittadini Ewropej kollha sabiex ikollhom aċċess għall-broadband sal-2020.
Sal-1 ta' Jannar 2013, l-Istati Membri kellhom jawtorizzaw l-użu ta' faxex armonizzati sabiex jippermettu lill-konsumaturi aċċess faċli għal servizzi ta' broadband bla fili inkluż il-faxxa 800 MHz (id-dividend diġitali). Huma għandhom jippermettu wkoll il-kummerċjalizzazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru f'dawn il-faxex armonizzati.
Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, qiegħda toħloq inventarju tal-użu tal-ispettru eżistenti u tal-ħtiġijiet futuri għall-ispettru minn 400MHz sa 6 GHz.
L-UE tipparteċipa f'negozjati internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet tal-ispettru, skont ir-regoli tat-Trattat, sabiex tiddefendi l-interessi tagħha. F'negozjati internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm disponibbli l-ispettru meħtieġ għall-iżvilupp tal-politiki tal-UE. L-UE tista' tgħin lill-Istati Membri fis-solvien ta' kwistjonijiet ta' koordinazzjoni tal-ispettru ma' pajjiżi mhux tal-UE.
REFERENZA
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Deċiżjoni Nru 243/2012/UE |
10.4.2012 |
1.7.2015, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor |
ĠU L 81 tal-21.3.2012 |
L-aħħar aġġornament: 14.02.2014