Skrinjar

L-iskrinjar, jew l-eżami analitiku tal-acquis tal-Unjoni Ewropea (il-korp tal-liġi tal-UE applikabbli fl-UE), huwa l-istadju preparatorju tan-negozjati tal-adeżjoni. Il-proċess ta’ skrinjar jinqasam f’35 kapitolu, miġbura f’6 raggruppamenti. Dan huwa essenzjali minħabba li jifforma l-bażi għan-negozjati bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u d-diversi pajjiżi kandidati.

L-iskrinjar huwa eżerċizzju formali u tekniku mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jitħejjew in-negozjati tal-adeżjoni.

L-eżerċizzju jippermetti lill-pajjiżi kandidati jiffamiljarizzaw ruħhom mal-acquis u mal-obbligi li jinvolvu (peress li l-pajjiż kandidat irid ikun jista’ jimplimenta l-acquis), u għalhekk jikkontribwixxi għat-tħejjijiet tagħhom għall-adeżjoni.

Eżerċizzju ta’ skrinjar ieħor jista’ jitwettaq matul in-negozjati tal-adeżjoni jekk il-liġi tal-UE tkun ġiet aġġornata.

ARA WKOLL