Ipproċessar tal-ikel mingħajr periklu: standards komuni għas-solventi tal-estrazzjoni

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2009/32/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2009/32/KE tissostitwixxi leġiżlazzjoni preċedenti u tistabbilixxi lista unika ta’ solventi tal-estrazzjoni1 li tista’ tintuża fl-ipproċessar tal-ikel, ingredjenti tal-ikel u materja prima skont prattika tajba ta’ manifattura.

PUNTI EWLENIN

Solventi tal-estradizzjoni permessi biex jintużaw konformi ma’ prattika tajba ta’ manifattura għall-użi kollha huma:

Solventi tal-estrazzjoni li għalihom kundizzjonijiet dettaljati għall-użu huma speċifikati f’Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE:

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-bejgħ ta’ ikel jew ingredjenti tal-ikel jekk dawn is-solventi jkunu ntużaw b’konformità mal-leġiżlazzjoni.

Il-Istati Membri ma jistgħux jawtorizzaw l-użu ta’ sustanzi jew materjali oħrajn bħala solventi tal-estrazzjoni.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jissospendu jew jirrestrinġu temporanjament l-użu ta’ solvent tal-estrazzjoni permess jekk ikollhom bażi dettaljata li l-użu tiegħu fl-ikel jista’ jipperikola s-saħħa tal-bniedem.

Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni Ewropea li jinvestigaw l-evidenza fornuta għad-deċiżjoni tagħhom.

Is-sustanzi użati bħala solventi tal-estrazzjoni għandhom jipprovdu ċerti dettalji viżibbli, li jinqraw u li ma jitħassrux fuq l-imballaġġ, il-kontenituri jew it-tikketti tagħhom. Dawn jinkludu:

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva ilha tapplika mis-.

TERMINI EWLENIN

  1. Solvent tal-estrazzjoni. Sustanza li tintuża matul l-ipproċessar ta’ ikel li mbagħad titneħħa. Din tista’ tħalli residwi jew derivattivi mhux intenzjonati, iżda teknikament inevitabbli, fl-ikel.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, , pp. 3–11).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/32/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament