Il-kummerċjalizzazzjoni tal-għalf: Regoli tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 767/2009 — it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

L-għalf

Ir-regolament ikopri kwalunkwe sustanza jew prodott, inklużi addittivi, kemm jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati, maħsuba għall-użu fl-alimentazzjoni tal-annimali mill-ħalq.

Dan japplika indipendentement u mingħajr ma għandu ebda effett fuq regoli tal-UE oħrajn fil-qasam tan-nutrizzjoni għall-annimali, li jikkonċernaw:

Kummerċjalizzazzjoni u użu

L-għalf tal-annimali jrid jikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ sikurezza u kummerċjalizzazzjoni. B’mod partikolari, dan irid:

Ma jridx ikun fih materjali li huma ristretti jew projbiti milli jitqiegħdu fis-suq.

Traċċabilità

Irid ikun possibbli li l-għalf jiġi ntraċċat fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni. L-operaturi tan-negozju tal-għalf iridu jkunu kapaċi jidentifikaw minn ipprovdilhom:

L-għalf li ser jitqiegħed fis-suq tal-UE jew li x’aktarx se jitqiegħed irid ikun ittikkettat jew identifikat b’tali mod li jkun jista’ jiġi traċċat.

Tikkettar u preżentazzjoni

Dan ir-regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-għalf kollu, bħall-obbligu li jiġu indikati:

It-tikkettar u l-preżentazzjoni għandhom isiru b’mod li jinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx. Ma jistgħux iqarrqu bl-utent fir-rigward tal-użu maħsub jew tal-karatteristiċi tal-għalf.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat aktar pariri sabiex tassisti lill-kumpaniji u l-awtoritajiet f’dan ir-rigward, inkluż:

Imballaġġ

Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost iridu jitqiegħdu fis-suq f’pakketti u kontenituri ssiġillati. Madankollu, ċertu għalf jista’ jitqiegħed fis-suq fi kwantità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati. Dawn jinkludu:

META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2009.

SFOND

“In-nutrizzjoni tal-annimali — kummerċjalizzazzjoni tal-għalf” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea

ATT

Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1–28)

L-emendi suċċessivi tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur purament dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1-64)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 24.07.2022