Regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2013/94/UE — il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

Konvenzjoni reġjonali dwar l-oriġini tal-merkanzija nnegozjata fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja ġiet iffirmata f’isem l-UE f’April 2011. Il-konvenzjoni tlaqqa’ flimkien fi strument legali uniku r-regoli kollha fir-rigward tal-oriġini tal-merkanzija nnegozjata fil-kuntest ta’ madwar 60 ftehim bilaterali ta’ kummerċ ħieles (FTAs) bejn pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja inkluż il-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE (PSA).

Partijiet kontraenti

Minbarra l-UE, il-partijiet kontraenti għal din il-konvenzjoni huma:

Prodotti oriġinarji

Sabiex il-preferenzi tariffarji jiġu applikati, trid tiġi stabbilita l-oriġini tal-merkanzija. Il-merkanzija titqies bħala prodotti li joriġinaw fiż-żona ta’ kulminazzjoni pan-Ewro-Mediterranja jekk:

Iż-żona ta’ kumulazzjoni pan-Ewro-Mediterranja

Il-konvenzjoni topera fuq il-bażi ta’ sistema ta’ akkumulazzjoni fejn il-partijiet kontraenti jistgħu jużaw prodotti oriġinarji minn ta’ xulxin bħallikieku dawn ġew prodotti domestikament. Skont is-sistema ta’ kumulazzjoni ta’ oriġini pan-Ewro-Mediterranja, sistema ta’ kumulazzjoni djagonali li topera bejn l-UE u ħafna mill-pajjiżi inkwistjoni.

Prova ta’ oriġini

Arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva

L-awtoritajiet doganali tal-partijiet se jikkoordinaw ma’ xulxin (eż. billi jaqsmu kampjuni ta’ marki ta’ timbri użati għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ moviment EUR.1 u EUR-MED jew biex jivverifikaw provi ta’ oriġini.)

Ġesjoni u implimentazzjoni

Kumitat konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-partijiet kontraenti kollha jiżgura l-immaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni.

(1) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mar-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

MINN META TIBDA TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mis-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Regoli ta’ oriġini: effettivament in-nazzjonalità “ekonomika” tal-merkanzija nnegozjata li trid tiġi ddeterminata sabiex jiġi deċiż kif tiġi trattata f’termini ta’ dazji doganali. L-oriġini preferenzjali tingħata lil merkanzija minn pajjiżi partikolari li tkun tissodisfa ċerti kriterji bħal li tgħaddi minn aktar ħidma jew proċessar milli meħtieġ sabiex tikseb oriġini mhux preferenzjali.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas- dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, , pp. 3-158)

l-aħħar aġġornament