Il-politika ta’ żvilupp rurali hija t-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea (UE). Din tfittex li tgħin liż-żoni rurali tal-UE jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li jiffaċċjaw. Hija għandha tliet għanijiet fit-tul:
Il-fondi tal-UE disponibbli għall-iżvilupp rurali huma disponibbli mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Il-baġit tal-FAEŻR għall-perjodu 2021–2027 jammonta għal EUR 95.5 biljun, li jinkludu injezzjoni ta’ EUR 8.1 biljun mill-istrument ta’ rkupru tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-UE sabiex tgħin ħalli jiġu indirizzati l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19.
Il-politika hija implimentata permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali fuq 7 snin imfassla fi sħubija mal-UE. Dawn jiffokaw fuq is-sitt prijoritajiet li ġejjin:
Il-prinċipji, ir-regoli u l-istandards għall-implimentazzjoni tal-FAEŻR, bħal dawk għall-Fondi Strutturali Ewropej u ta’ Investiment oħrajn, huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Ir-regoli dwar l-infiq għall-iżvilupp rurali matul l-2021–2022 huma stipulati fir-regolament tranżitorju dwar il-politika agrikola komuni, adottat fit-. Il-biċċa l-kbira tar-regolament jestendi r-regoli eżistenti (li inizjalment kienu stabbiliti għall-perjodu 2014–2020), b’ċerti elementi addizzjonali sabiex jiżguraw tranżizzjoni bla intoppi għal-leġiżlazzjoni futura tal-PAK, li hija mistennija tibda fl-2023.