Miżuri anti-dumping

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) 2016/1036 jistabbilixxi r-regoli tal-UE dwar id-difiża tal-kummerċ għall-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-UE.

Dan ġie emendat tliet darbiet: bir-Regolament (UE) 2017/2321, bir-Regolament (UE) 2018/825 u bir-Regolament Delegat (UE) 2020/1173.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (UE) 2016/1036 jistipula r-regoli li ġejjin.

Kundizzjonijiet

Għandhom jiġu ssodisfati erba’ kundizzjonijiet qabel ma jkunu jistgħu jiġu imposti miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ prodott:

Il-bidu ta’ lment

Investigazzjoni anti-dumping

Sejba ta’ dumping

Dan li ġej jista’ jseħħ fejn, abbażi tal-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li sar dumping.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2017/2321 jintroduċi metodoloġija ta’ kalkolu tad-dumping li għandha tintuża f’każijiet li jikkonċernaw importazzjonijiet minn pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fejn jeżistu distorsjonijiet sinifikanti tas-suq bħala riżultat tal-intervent mill-Istat.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2018/825

Fost affarijiet oħra, ir-Regolament jagħmel dan li ġej.

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1173

Fir-reviżjoni li saret skont ir-Regolament emendatorju (UE) 2018/825, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, l-ebda ħsara addizzjonali lill-industrija tal-UE ma kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni. Għalhekk dan adotta att delegat li jemenda t-tul tal-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni għal 4 ġimgħat.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Valur normali: ġeneralment ikkunsidrat bħala l-prezz tas-suq għall-prodott fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Madankollu, jekk ma jkunx hemm bejgħ, volum baxx biss ta’ bejgħ, jew jekk il-bejgħ qed isir b’telf fis-suq domestiku, il-valur normali tal-prodott normalment jiġi kkalkulat abbażi tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-esportazzjoni flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-kostijiet tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi, u l-profitt. Jeżistu regoli speċifiċi għall-ekonomiji soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti.
Ħsara materjali: ħsara sostanzjali lill-industrija tal-UE, eż. telf ta’ sehem mis-suq, livelli tal-prezzijiet imnaqqsin u/jew profittabbiltà mnaqqsa.
Prodott simili: prodott li huwa identiku għal jew li jixbah mill-qrib lill-prodott importat taħt kunsiderazzjoni.
Miżuri anti-dumping: miżuri imposti fuq importazzjonijiet ta’ prodott li qed jinbiegħu bi prezz aktar baxx mill-valur normali tal-prodott u li jikkawżaw ħsara materjali lill-produtturi tal-UE.
Marġni tad-dumping: id-differenza bejn il-valur normali u l-prezz li jitlob l-istess esportatur għal dak il-prodott fis-suq tal-UE (prezz tal-esportazzjoni).

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (ĠU L 176, 30.6.2016, pp. 21-54)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/1036 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (ĠU L 176, 30.6.2016, pp. 55-91)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 16.10.2020