Kumitat Politiku u għas-Sigurtà (PSC)

Il-Kumitat Politiku u għas-Sigurtà (PSC) huwa Kumitat tal-Kunsill tal-UE li jindirizza l-politika estera u ta' sigurtà komuni msemmija fl-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Huwa magħmul minn rappreżentanti mit-28 pajjiż tal-UE (1). Il-mandat tiegħu huwa li:

Taħt ir-reponsabilità tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli, il-Kumitat jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet. Għaldaqstant, jista' jkun awtorizzat li jieħu deċiżjonijiet fuq il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' operazzjoni. Huwa megħjun mill-Grupp Politiku/Militari (PMG - Politico-Military Group), Kumitat għall-Aspetti Ċivili ta' Ġestjoni tal-Kriżijiet (CIVCOM - Civilian Aspects of Crisis Management), u l-Kumitat Militari (EUMC) u l-Persunal Militari (EUMS).

ARA WKOLL



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.