Regolament (KE) Nru 734/2008 — il-protezzjoni ta' ekosistemi marini vulnerabbli
Dan jistabbilixxi regoli għall-bastimenti tas-sajd irreġistrati f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) li jużaw irkaptu tas-sajd tal-qiegħ1 fl-ibħra internazzjonali barra miż-żoni rregolati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd jew fejn dawn l-organizzazzjonijiet ma adottawx miżuri għal dan is-sajd.
Ir-regolament japplika għal bastimenti li jwettqu attivitajiet tas-sajd b’irkaptu tas-sajd tal-qiegħ:
L-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ huma awtorizzati biss meta ma jġibux magħhom riskju ta' ħsara lill-ekosistemi marini vulnerabbli. Il-bastimenti rreġistrati fl-UE li jużaw irkaptu tas-sajd tal-qiegħ f’dawn iż-żoni jridu jiksbu permess speċjali tas-sajd. L-applikazzjonijiet iridu jinkludu pjan tas-sajd dettaljat li jispeċifika:
Il-permessi jinħarġu mill-pajjiż fejn ikun irreġistrat il-bastiment. L-awtoritajiet responsabbli ta’ dak il-pajjiż iridu:
B’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 61/105 tal-2006, il-pajjiżi tal-UE jridu jidentifikaw żoni fejn jinsabu jew x’aktarx jinsabu ekosistemi marini vulnerabbli fuq il-bażi tal-aħjar tagħrif xjentifiku disponibbli, u jagħlqu dawn iż-żoni għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. Il-Kummissjoni trid tkun informata dwar kull għeluq u mbagħad trid tinforma lill-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
L-osservaturi jwettqu monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti li jingħataw permess tas-sajd speċjali sakemm jitlesta l-pjan tas-sajd. Matul dan il-perjodu, l-osservaturi jridu:
Għandu jintbagħat rapport lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tal-UE kkonċernat fi żmien 20 ġurnata mit-tmiem tal-missjoni. Kopja ta’ dan tintbagħat lill-Kummissjoni.
Dan ilu japplika mill-.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal- dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, , pp. 8–13)
l-aħħar aġġornament