Il-ġerarkija tan-normi tirreferi għall-idea li, f’sistema ġudizzjarja, hemm ordni vertikali ta’ atti legali, b’dawk fil-livelli t’isfel tal-ġerarkija jkunu suġġetti għal dawk f’livell ogħla.
It-Trattat ta’ Lisbona jżomm il-ġerarkija tal-atti legali li kienu ssuġġeriti mit-Trattat Kostituzzjonali li ma kienx rattifikat.
Fil-quċċata tal-ġerarkija tan-normi tal-UE, l-ewwel hemm il-leġiżlazzjoni primarja, li hi magħmula minn:
Wara fil-ġerarkija hemm ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn il-ftehimiet huma separati mil-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja u jiffurmaw kategorija unika.
Wara hemm il-leġiżlazzjoni sekondarja, li tinkludi l-atti kollha leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE li jippermettu lill-UE teżerċita s-setgħat tagħha.
Atti leġiżlattivi huma r-regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet adottati bi proċedura leġislattiva ordinarja jew speċjali (Artikolu 289 TFUE)
Dawn huma f’livell ogħla minn atti mhux leġiżlattivi li jinkludu, b’mod partikolari, atti delegati u atti tal-implimentazzjoni.
Waqt li atti delegati (Artikolu 290 TFUE) jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea biex tissupplimenta jew temenda partijiet mhux essenzjali tal-atti leġiżlattivi tal-UE, atti ta’ implementazzjoni (Artikolu 291 TFUE) jistabbilixxu regoli dettaljati li jippermettu l-implimentazzjoni uniformi tagħhom.