Vetturi bil-mutur — sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Id-direttiva tipprovdi lill-pajjiżi tal-UE b’sett komuni ta’ regoli għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi.
Hija tagħmel l-approvazzjoni tat-tip obbligatorja għall-kategoriji kollha ta’ vetturi sħaħ, inklużi dawk mibnija f’diversi stadji. Din tistabbilixxi:
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-direttiva tapplika għal karozzi, vannijiet, trakkijiet, xarabanks u kowċis li issa huma koperti minn rekwiżiti tal-UE armonizzati bis-sħiħ.
Proċedura
Rekwiżiti tekniċi
Id-direttiva tkopri prinċipalment il-proċedura amministrattiva li għandha tiġi segwita għall-approvazzjoni tal-vetturi. Ir-rekwiżiti tekniċi attwali li fuqhom il-vetturi jridu jiġu ttestjati huma koperti f’testijiet oħra tal-UE li huma elenkati fl-Anness IV tad-direttiva. Pereżempju, dawn it-testi:
Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Regolamenti (UE) 2017/1151 u (UE) 2017/1154. Dawn jiżguraw li, mill-1 ta’ Settembru 2017, mudelli ġodda tal-karozzi jgħaddu minn testijiet ta’ emissjonijiet ġodda u aktar affidabbli f’kundizzjonijiet reali ta’ sewqan (“Emissjonijiet f’Sewqan Reali”).
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Id-direttiva daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2007. Skont il-kategorija tal-vettura, id-direttiva bdiet tapplika gradwalment matul il-perjodu 2009–2014. Kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-28 ta’ April 2009.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva 2007/46/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, pp. 1-160)
Emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 2007/46/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, pp. 1-643)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet minn vetturi ħfief għal passiġġieri u kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, li temenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u il-Kunsill rigward l-emissjonijiet tas-sewqan reali minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u dawk kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 175, 7.7.2017, pp. 708-732)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty u li temenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, pp. 1-247)
l-aħħar aġġornament 10.04.2018