Bl-emendi ta’ Regolament (UE) 2019/2176, dan jistabbilixxi il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku (BERS) biex jipprovdi s-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea (UE) u biex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi1 fl-UE in ġenerali jew f’partijiet minnha. BERS tidentifika u tiddiskuti r-riskji ta’ stabbiltà finanzjarja indipendentiment mill-oriġini tagħhom.
BERS hi stabbilita bħala parti mis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja li tinkludi wkoll:
Din l--arkitettura ta’ superviżjoni tinkludi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 1096/2010, li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ċerti kompiti speċifiki biex jappoġġja l-BERS.
Il-BERS huwa bbażat fi Frankfurt am Main (il-Ġermanja). Huwa responsabbli għall-monitoraġġ u l-analiżi tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi (magħrufa wkoll bħala sorveljanza makroprudenzjali) Biex jikseb dan, il-BERS b’mod partikolari:
Il-BERS għandu l-istruttura segwenti:
Il-president tal-BERS jirrappreżentah esternament, u għandu wkoll żewġ viċi-presidenti. Il-BĊE jipprovdi lill-BERS appoġġ analitiku, ta’ statistika, ta’ loġistika u amministrattiv billi jiġġestjoni s-Segretarjat tiegħu.
Il-Bord Superviżorjui tal-BĊE u l-Bord ta’ Riżoluzzjoni Unika t-tnejn jibagħtu rappreżentant lill-Bord Ġenerali (bla dritt tal-vot). Biex jevitaw interferenza politika, ebda membru tal-Bord Ġenerali ma jista’ jkollu uffiċċju tal-gvern ġo Stat Membru.
Fil-każ ta’ riskji sistemiċi sinifikanti għall-għan tiegħu, il-BERS jipprovdi twissijiet u, fejn xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju, inklużi inizjattivi leġiżlattivi meta jkun xieraq.
Dawn it-twissijiet jew rakkomandazzjonijiet huma indirizzati b’mod partikolari:
Destinatarji ta’ rakkomandazzjonijiet BERS jridu jikkonformaw jew jipprovdu spjegazzjoni għal kull nuqqas ta’ azzjoni. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma ġewx segwiti jew li destinatarji ma ġewx ipprovduti b’ġustifikazzjoni adegwata għan-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom, hu jinforma b’mod kunfidenzjali d-destinatarji, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza Ewropej rilevanti.
Hekk kif evolviet il-kriżi finanzjarja tal-2008 u bil-kriżi ta’ dejn sovran dejjem tiggrava fiż-żona tal-euro fl-2010–2011, kien sar neċessarju li jkunu integrati aktar is-sistemi bankarji taż-żona tal-euro. Dan wassal għall-inizzjattiva tal-unjoni bankarja tal-UE.
Rieżami tal-operazzjoni ta’ Regolament (UE) Nru 1092/2010 saret fl-2013. Dan wassal fl-aħħar għall-emendi li ddaħħlu f’Regolament (UE)2019/2176. Dawn adattaw il-governanza tal-BERS biex ikopru l-operazzjoni, mill-2014, ta’:
It-tibdil li ddaħħal mir-Regolament (UE) 2019/2176 jirrelata wkoll mar-regoli dwar it-tnaqqis ta’ riskji fis-settur bankarju tal-UE. Dawn evolvew kontinwament matul iż-żmien u jinkludu:
Ilu japplika mid-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, , pp. 1–11).
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament