UCITS: rekwiżiti organizzazzjonali u regoli tal-kondotta

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2010/43/UE li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal kumpaniji maniġerjali li jimmaniġġjaw impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)1, kif ukoll ir-regoli tal-kondotta u t-trattament ġust tal-UCITS f’każijiet ta’ konflitti ta’ interess.

Hija tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji tal-UCITS.

Hija waħda minn serje ta’ erba’ (4) miżuri ta’ implimentazzjoni adottati flimkien fl-2010, filwaqt li t-tlieta (3) l-oħra huma:

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-direttiva tapplika għal:

Proċeduri amministrattivi u mekkaniżmu ta’ kontroll

Kumpaniji maniġerjali għandhom:

Kumpaniji maniġerjali għandhom iħarsu s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. Għandhom jimplimentaw proċeduri trasparenti biex jiġu indirizzati l-ilmenti li jirċievu mingħand l-investituri.

Għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta’ proċeduri tal-kontabilità operazzjonali biex ikun żgurat il-ħarsien tat-titolari ta’ unitjiet3. Il-kontabilità ta’ UCITS għandha tinżamm b’tali mod li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-UCITS ikunu jistgħu jiġu identifikati direttament il-ħin kollu. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-kontabilità tal-pajjiżi ta’ oriġini tal-UCITS.

Mekkaniżmi tal-kontroll intern

Il-maniġment superjuri tal-kumpaniji maniġerjali:

Funzjoni ta’ konformità permanenti, bl-awtorità meħtieġa u bl-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, hija responsabbli għall-:

Kumpaniji maniġerjali għandu jkollhom funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji permanenti u indipendenti mit-taqsimiet operattivi. Din il-funzjoni għandha:

Kumpaniji maniġerjali għandhom jistabbilixxu proċedura biex jipprevjenu persuni rilevanti milli:

Kumpaniji maniġerjali għandhom jiżguraw li għal kull tranżazzjoni ta’ portafoll jinżamm reġistru li fil-futur jipprovdi informazzjoni dwar id-dettalji tal-ordni u tat-tranżazzjoni eżegwita.

L-ordnijiet ta’ sottoskrizzjoni u fidi5 jridu wkoll ikunu ċċentralizzati u rreġistrati immedjatament. Dawn ir-reġistri huma mbagħad miżmuma għal perjodu ta’ tal-anqas ħames (5) snin.

Konflitt ta’ interess

Is-sitwazzjonijiet li ġejjin jistgħu jwasslu għal konflitti ta’ interess, fejn:

Għalhekk, il-kumpaniji maniġerjali huma obbigati jiddefinixxu politika effikaċi bil-miktub dwar konflitt ta’ interess, biex tkun żgurata l-indipendenza tal-persuni rilevanti.

Regoli tal-kondotta

Kumpaniji maniġerjali għandhom:

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ diliġenza xierqa, dawn għandhom:

Kumpaniji maniġerjali għandhom:

Partikolaritajiet tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali

Il-“partijiet kontraenti għall-ftehim” għandhom jinkludu fil-ftehim elementi relatati ma’:

Politika tal-immaniġġjar tar-riskji

Kumpaniji maniġerjali għandhom:

Skoperta għar-riskju tal-kontraparti

Kumpaniji maniġerjali għandhom:

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija ilha tapplika mit- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS): strumenti ta’ investiment li jiġbru flimkien il-kapital tal-investituri u jinvestu dak il-kapital b’mod kollettiv permezz ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji bħal stokks, bonds u titoli oħrajn.
  2. Depożitarju: entità li hija indipendenti mill-fond tal-UCITS u mill-maniġer ta’ investiment tal-fond tal-UCITS. Ir-rwol tagħha huwa li tkun ta’ salvagwardja kontra l-frodi, żbalji fiż-żamma tal-kotba u konflitti ta’ interess bejn il-maniġer u l-fond.
  3. Persuna rilevanti: b’rabta ma’ kumpanija maniġerjali, tfisser, direttur, sieħeb jew ekwivalenti, jew maniġer tal-kumpanija maniġerjali; impjegat tal-kumpanija maniġerjali, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi li tagħti jkunu għad-dispożizzjoni u kkontrollati mill-kumpanija maniġerjali u li tkun involuta fil-provvediment tal-immaniġġjar ta’ portafoll kollettiv. Hija tkopri wkoll individwu li jkun involut direttament fil-provvediment ta’ servizzi lill-kumpanija maniġerjali skont arranġament ta’ delega lil partijiet terzi għall-iskop tal-kumpanija maniġerjali biex tipprovdi mmaniġġjar ta’ portafoll kollettiv.
  4. Titolar ta’ unitajiet: kwalunkwe persuna naturali jew legali titolari ta’ unità, jew aktar, f’UCITS.
  5. Ordnijiet ta’ sottoskrizzjoni u fidi: ordnijiet minn investituri biex jissottoskrivu, jew jifdu l-fondi tagħhom, minn UCITS.
  6. Kontraparti: parti għal tranżazzjoni finanzjarja. Ir-rwol tagħha huwa li tkun ta’ salvagwardja kontra l-frodi, żbalji fiż-żamma tal-kotba u konflitti ta’ interess bejn il-maniġer u l-fond.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/43/UE tal- li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali (ĠU L 176, , pp. 42-61)

l-aħħar aġġornament