Fużjonijiet ta’ fondi u strutturi prinċipali-alimentaturi relatati ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2010/44 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tfittex li timplimenta regoli għall-fużjonijiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)1 u strutturi prinċipali-alimentatriċi fil-kuntest tad-Direttiva 2009/65/KE dwar ir-regoli li japplikaw għall-UCITS.

Hija waħda minn serje ta’ 4 miżuri ta’ implimentazzjoni adottati flimkien fl-2010, bit-tlieta l-oħra jkunu 2010/43/UE, ir-Regolament (UE) Nru 583/2010 r-Regolament (UE) Nru 584/2010.

PUNTI EWLENIN

Fużjonijiet ta’ UCITS

Fil-każ ta’ fużjonijiet ta’ UCITS, id-detenturi ta’ unità2 jeħtieġ li jiġu infurmati bil-kundizzjonijiet tal-fużjoni u tal-influwenza potenzjali tagħha fuq l-UCITS riċeventi. Huma jeħtieġ li jirċievu informazzjoni oħra inkluż:

Jeħtieġ ukoll li huma jiġu infurmati bil-proċedura għall-approvazzjoni tal-proposta għall-fużjoni tad-detenturi tal-unità u d-data li fiha tkun se sseħħ il-fużjoni.

Id-detenturi tal-unita tal-UCITS tal-fużjoni u riċeventi jeħtieġ li jiġu pprovduti informazzjoni dwar l-investitur ewlenija tal-UCITS riċeventi.

Strutturi prinċipali-elementatriċi

Ftehimiet u kontroll intern tar-regoli tan-negozju bejn UCITS alimentatriċiUCITS alimentatriċi: UCITS alimentatriċi hija UCITS li ġie approvat li tinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS oħra. u UCITS prinċipaliUCITS Prinċipali: fond tal-UCITS b’fond alimentatriċi wieħed jew aktar bħala investituri. Minnha nnifisha ma tistax tkun UCITS alimentatriċi jew tħaddan unitajiet ta’ UCITS alimentatriċi.

Il-ftehim għandu jistipula l-kundizzjonijiet għal:

Barra minn hekk, il-ftehim irid jinkludi wkoll fir-rigward tal-bażi tal-investiment u d-divestiment mill-alimentatur:

Il-kontroll intern tar-regoli ta’ negozju tal-kumpanija ta’ ġestjoni jrid jinkludi miżuri xierqa għall-mitigazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess bejn l-UCITS jew bejn l-UCITS alimentatriċi u detenturi ta’ unità oħra tal-UCITS prinċipali.

Proċeduri fil-każ ta’ likwidazzjoni tal-UCITS prinċipali

Meta l-UCITS prinċipali tkun beħsiebha tinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra, din jeħtiġilha tissottometti wkoll lill-awtoritajiet kompetenti:

Meta UCITS alimentatriċi tkun beħsiebha tittrasforma f’UCITS mhux alimentatriċi, din jeħtiġilha tipprovdi lill-awtoritajiet:

Meta UCITS alimentatriċi tkun tixtieq tiġi likwidiata, din jeħtiġilha tinnotifika lill-awtoritajiet bil-ħsieb tagħha.

L-UCITS alimentatriċi jeħtiġilha tinforma lill-UCITS prinċipali ladarba tirċievi l-approvazzjoni tal-awtoritajiet.

Proċeduri fil-każ ta’ fużjoni jew qsim tal-UCITS prinċipali

L-UCITS prinċipali jeħtiġilha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-applikazzjoni tagħha għall-approvazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

L-UCITS alimentatriċi jeħtiġilha tinforma lill-UCITS prinċipali ladarba tirċievi l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

Il-liġi tal-pajjiż tal-UE li tapplika għall-ftehim bejn id-depożitarji tal-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi trid tapplika wkoll għall-ftehim ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn id-depożitarji.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit- u sat- kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. L-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS): strumenti ta’ investiment li jiġbru flimkien il-kapital tal-investituri u jinvestu dak il-kapital b’mod kollettiv permezz ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji bħal stokks, bonds u titoli oħrajn.
  2. Detentur ta’ unità: kwalunkwe persuna fiżika jew legali li tipposjedi sehem wieħed jew diversi ishma f’UCITS.
  3. Riskju sintetiku: miżura tal-profil tar-riskju globali ta’ fond.
  4. Ibbilanċjar mill-ġdid tal-portafoll: modifika sinifikanti tal-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ UCITS.
  5. UCITS alimentatriċi: UCITS alimentatriċi hija UCITS li ġie approvat li tinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS oħra.
  6. UCITS Prinċipali: fond tal-UCITS b’fond alimentatriċi wieħed jew aktar bħala investituri. Minnha nnifisha ma tistax tkun UCITS alimentatriċi jew tħaddan unitajiet ta’ UCITS alimentatriċi.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/44/UE tal- li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni (ĠU L 176, , pp. 28–41)

Rettifika

l-aħħar aġġornament