Id-Direttiva 2009/138/KE, magħrufa bħala Solvibbiltà II, tirrikjedi li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fl-Unjoni Ewropea (UE) ikollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji.
Hija tistabbilixxi wkoll regoli ta’ governanza, ġestjoni tar-riskju, trasparenza u sorveljanza.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-direttiva tkopri l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-assigurazzjoni tal-ħajja u l-kumpaniji tar-riassigurazzjoni.
Awtorizzazzjoni
Kumpanija tal-assigurazzjoni tista’ twettaq l-attivitajiet tagħha wara li tkun kisbet awtorizzazzjoni mis-superviżur fl-Istat Membru tal-UE tagħha. Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-UE kollha.
L-awtorizzazzjoni tkun valida madwar l-UE.
Kumpaniji tal-assigurazzjoni jkollhom iżommu kapital b’relazzjoni mal-profil tar-riskju tagħhom, sabiex jiggarantixxu li għandhom biżżejjed riżorsi finanzjarji li jifilħu għal diffikultajiet finanzjarji. Dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kapitali li ġejjin.
Ir-rekwiżit tal-kapital minimu. Il-livell minimu ta’ kapital li taħtu d-detenturi tal-polza jkunu esposti għal livell għoli ta’ riskju.
Ir-rekwiżit tal-kapital ta’ solvenza. Il-kapital li għandha bżonn kumpanija tal-assigurazzjoni f’każijiet fejn telfiet sinifikanti jridu jiġu assorbiti. L-ammont tal-kapital huwa kkalkulat billi jitqiesu riskji differenti bħal:
ir-riskju tas-suq — ir-riskju ta’ telf jew bidla tas-sitwazzjoni finanzjarja li tirriżulta f’ċaqliq fis-swieq;
ir-riskju ta’ assigurazzjoni — ir-riskju li ma twarrbux biżżejjed flus biex jitħallsu klejms jew benefiċċji tal-assigurazzjoni fil-futur;
ir-riskju operazzjonali — ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi, persunal jew sistemi interni mhux adegwati jew li ma jirnexxux, jew minn avvenimenti esterni.
Jekk kumpanija tal-assigurazzjoni ma tissodisfax iż-żewġ ammonti ta’ kapital meħtieġa, is-superviżur għandu jieħu azzjoni.
Kundizzjonijiet li jirregolaw negozju ta’ assigurazzjoni
Sistema ta’ governanza adegwata. Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu sistema ta’ governanza adegwata u trasparenti b’allokazzjoni ċara tar-responsabbilitajiet. Dawn għandu jkollhom kapaċità amminstrattiva sabiex jiffaċjaw kwistjonijiet differenti inklużi ġestjoni tar-riskji, konformità mal-leġiżlazzjoni, u verifiki interni.
Valutazzjoni interna tar-riskju u s-solvenza. Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jagħmlu l-valutazzjoni interna tar-riskju u s-solvenza tagħhom stess fuq bażi regolari. Dan jinvolvi l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-solvenza tar-riskju fir-rigward tal-profili tar-riskju tagħhom, kif ukoll il-konformità tagħhom mar-riżorsi finanzjarji meħtieġa.
Is-superviżjoni
Reviżjoni mis-superviżuri. Il-leġiżlazzjoni tistipula proċess ta’ reviżjoni tas-superviżjoni li tippermetti lis-superviżuri jirrevedu u jevalwaw il-konformità tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma’ dawn il-regoli. Għal dak il-għan, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jeħtieġ li jirrappurtaw informazzjoni dettaljata dwar in-negozju u r-riskji tagħhom lis-superviżuri. L-għan huwa li s-superviżuri jingħataw l-għajnuna sabiex jidentifikaw kumpaniji li jistgħu jidħlu f’diffikultajiet. Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom ukoll jiżvelaw l-informazzjoni pubblikament.
Superviżuri ta’ grupp. Kull grupp ta’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni għandu jkollu superviżur tal-grupp li jkollu responsabbiltajiet speċifiċi u jikkoopera mill-qrib mas-superviżuri nazzjonali involuti.
Emendi għad-Direttiva 2009/138/KE
Id-Direttiva 2009/138/KE ġiet emendata f’diversi okkażjonijiet.
Biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-istituzzjonijiet, id-Direttiva Emendatorja (UE) 2016/2341dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (ara s-sommarju) testendi l-perjodu tranżitorju li jippermetti lill-impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għad-Direttiva 2009/138/KE joperaw in-negozju taagħhom ta’ provvista ta’ irtirar okkupazzjonali sal-.
Ir-Regolament (UE) 2017/2402 (ara s-sommarju) jemenda d-Direttiva 2009/138/KE sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dan ir-regolament ta’ regoli relatati mat-titolizzazzjoni, li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari billi tiżgura kondizzjonijiet ekwi fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali kollha.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2018/843 teħtieġ li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jirrappurtaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu lill-awtoritajiet pubbliċi bil-ħsieb li ssir prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għal dawn l-għanijiet skont id-Direttiva (UE) 2015/849 (ara s-sommarju).
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/2177 tagħti rwol ikbar lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħo (EIOPA) fil-kontribut għall-konverġenza superviżorja fil-qasam tal-mudelli interni. Hija tistabbilixxi rekwiżiti ta’ notifika aktar stretti fil-każ ta’ attività ta’ assigurazzjoni transkonfinali sinifikanti jew f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, flimkien mal-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ kollaborazzjoni1 meta l-attività ta’ assigurazzjoni transkonfinali tkun sinifikanti.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/2556 tallinja d-dispożizzjoniet tad-direttiva, u diversi direttivi relatati oħra, mar-rekwiżiti dwar ir-riskju tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għall-entitajiet finanzjarji stabbiliti fir-reżiljenza operazzjonali diġitali tar-regolament tas-settur finanzjarju (DORA) (ir-Regolament (UE) 2022/2554, (ara s-sommarju).
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2864 daħħlet artikolu fid-Direttiva 2009/138/KE li jirrekjedi li l-Istati Membri, mill-, jassikuraw li, meta jagħmlu pubblika informazzjoni regolata, kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-entità ta’ ġbir, u jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq dwarhom għall-iskopijiet li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt uniku t’aċċess Ewropew, stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2023/2859.
Id-Direttiva Emendatorja (UE)2025/2 għandha l-għan li ttejjeb is-sensittività għar-riskju, issaħħaħ il-kapaċità tal-assiguraturi li jagħmlu investimenti fit-tul fl-ekonomija reali, ittejjeb il-ġestjoni tar-riskji relatati mas-sostenibbiltà, iżżid il-proporzjonalità, u ssaħħaħ is-superviżjoni tal-attivitajiet transfruntiera u s-sorveljanza makroprudenzjali. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-.
Atti delegati u ta’ implimentazzjoni
Id-direttiva tas-Solvibbiltà II tagħti lill-Kummissjoni Ewropea d-dritt li tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni. Dawn jittrattaw kwistjonijiet bħal standards tekniċi u informazzjoni għall-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u fondi proprji bażiċi.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 (li huwa magħruf bħala r-regolament delegat tas-Solvenza II u li ġie emendat f’diversi okkażjonijiet) jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għall-applikazzjoni tal-qafas tas-Solvenza II u jservi bħala l-ġabra tar-regoli prudenzjali unika għad-ditti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Ir-regolament ta’ delega tas-Solvibbiltà jkopri:
il-valutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet, inklużi miżuri ta’ garanzija fit-tul;
kif jiġi stabbilit il-livell ta’ kapital meħtieġ għal klassijiet ta’ assi li l-assiguratur jista’ jinvesti fihom;
l-eliġibilità tal-elementi tal-fondi proprji tal-assiguraturi biex ikopru r-rekwiżiti kapitali;
kif il-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jiġu ġestiti u rregolati;
il-valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-reġimi ta’ solvenza ta’ pajjiżi mhux tal-UE mar-regoli tal-UE;
ir-regoli dwar l-użu ta’ mudelli interni biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit tal-kapital tas-solvenza;
regoli speċifiċi relatati mal-gruppi tal-assigurazzjoni; u
metodi simplifikati u eżenzjonijiet biex is-solvibbiltà II tkun iktar faċli biex tiġi applikata għal assiguraturi iżgħar u inqas kumplessi.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva 2009/138/KE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-. Dawn ir-regoli applikaw mill-.
Pjattaforma ta’ kollaborazzjoni. Pjattaforma bħal din titwaqqaf meta l-EIOPA u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti jaraw il-mertu fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-każ ta’ negozju transkonfinali materjali biex jippermettu suq intern sod fl-UE. Il-pjattaformi jippermettu lis-superviżuri domestiċi jagħmlu użu mill-kompetenza u l-għarfien tas-superviżuri ospitanti dwar l-ispeċifiċitajiet tas-suq lokali.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (riformulazzjoni) (ĠU L 335, , pp. 1–155).
L-emendi suċċessivi Direttiva 2009/138/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 2009/138/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal finijiet ta’ referenza.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/269 tad- li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 fir-rigward ta’ provvedimenti tekniċi, miżuri ta’ garanzija fit-tul, fondi proprji, riskju ta’ ekwità, riskju ta’ firxa fuq il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni, rekwiżiti kapitali tal-formula standard oħrajn, rapportar u divulgazzjoni, proporzjonalità, u solvenza tal-grupp (ĠU L, 2026/269, ).
Id-Direttiva (UE) 2025/2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li temenda d-Direttiva 2009/138/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-proporzjonalità, il-kwalità tas-superviżjoni, ir-rappurtar, il-miżuri ta’ garanzija fit-tul, l-għodod makroprudenzjali, ir-riskji tas-sostenibbiltà u s-superviżjoni tal-gruppi u s-superviżjoni transfruntiera, u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE u 2013/34/UE (ĠU L, 2025/2, ).
Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, ).
Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, , pp. 1–79).
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, , pp. 73–117).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal- li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 12, , pp. 1–797).