Hija għandha l-għan li tiċċara u telimina d-differenzi bejn il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea (UE) sabiex tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.
PUNTI EWLENIN
Il-pajjiżi tal-UE jridu jipproteġu l-programmi tal-kompjuter permezz tad-dritt tal-awtur.
l-espressjonibażi ta’ programm tal-kompjuter fi kwalunkwe forma, iżda mhux l- ideat u l-prinċipji li jservu ta’bażi għal programm tal-kompjuter jew kwalunkwe element tiegħu;
programm tal-kompjuter li huwa oriġinali fis-sens li huwa l-ħolqien intellettwali tal-awtur stess;
programmi tal-kompjuter li nħolqu qabel l-, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att konkluż u drittijiet miksuba qabel dik id-data.
L-awtur
L-awtur ta’ programm tal-kompjuter huwa l-persuna jew grupp ta’persuni li jkunu ħolqu l-programm jew, fejn tippermetti l-leġiżlazzjoni nazzjonali, persuna ġuridika, jiġifieri kumpanija jew entità legali oħra.
Jekk jipparteċipaw diversi persuni fil-ħolqien ta’ programm, id-drittijiet esklużivi jkunu ta’ dawn il-persuni flimkien.
Jekk impjegat joħloq programm tal-kompjuter waqt li jkun qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu jew isegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-prinċipal tiegħu, il-prinċipal b’mod esklussiv għandu jkun intitolat biex jeżerċita d-drittijiet ekonomiċi kollha relatati ma’ dak il-programm tal-kompjuter.
Drittijiet esklużivi tad-detentur tad-drittijiet
Id-detentur tad-drittijiet għal programm tal-kompjuter jista’ jwettaq, jew jawtorizza lil oħrajn iwettqu s-segwenti:
ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja tal-programm, jew ta’ parti minnu;
it-traduzzjoni, l-adattament, l-arranġament jew kwalunkwe bidla oħra tal-programm;
id-distribuzzjoni tal-programm.
Limitazzjonijiet għal dawk id-drittijiet esklużivi (l-ebda ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-detentur tad-drittijiet)
Min ikun kiseb programm legalment jista’ jirriproduċi, jittraduċi, jadatta, jirranġa jew ibiddel il-programm, meta jkun meħtieġ sabiex il-programm jintuża skont l-iskop intiż tiegħu.
Persuna li jkollha d-dritt tuża l-programm tal-kompjuter tista’ tagħmel kopja ta’riserva sakemm dan ikun meħtieġ għal dak l-użu.
Din il-persuna tista’ wkoll tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament tal-programm sabiex tiddetermina l-ideat u l-prinċipji li jservu ta’ bażi għal kwalunkwe element tal-programm.
Ma hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mid-detentur tad-drittijiet meta r-riproduzzjoni tal-kodiċi u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu jkunu essenzjali sabiex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja biex tinkiseb l-interoperabilità2 ta’ programm tal-kompjuter ġdid ma’ programmi oħrajn.
Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
dawk l-atti jitwettqu mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tuża kopja ta’ programm;
l-informazzjoni dwar l-interoperabilità ma tkunx saret disponibbli minn qabel;
dawk l-atti jkunu limitati għall-partijiet tal-programm oriġinali li huma meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabilità.
Miżuri speċjali ta’protezzjoni
Il-pajjiżi tal-UE jridu jieħdu miżuri kontra persuni li jwettqu kwalunkwe att minn dawn li ġejjin:
iqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni kopja illegali ta’ programm tal-kompjuter;
ikunu fil-pussess ta’ kopja illegali ta’ programm għal skopijiet kummerċjali;
iqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni jew ikunu fil-pussess ta’ kwalunkwe mezz, għal skopijiet kummerċjali, li l-uniku għan maħsub għalih hu li jippermetti t-tneħħija mhux awtorizzata jew l-evitar ta’ kwalunkwe apparat tekniku ta’protezzjoni.
Kopja illegali ta’ programm tal-kompjuter tista’ tiġi sekwestrata skont il-liġijiet tal-pajjiżi tal-UE.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Hija ilha tapplika mill-. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fid-dritt nazzjonali tagħhom sal-, id-data indikata fid-Direttiva 91/250/KEE li hija kkodifikata mid-Direttiva 2009/24/KE.
Dekumpilazzjoni: il-konverżjoni ta’ kodiċi ta’ programm f’lingwa tal-ipprogrammar ta’ livell ogħla li tista’ tinqara minn bniedem.
Interoperabilità: il-kapaċità ta’ sistema jew prodott li jaħdem ma’ sistemi jew prodotti oħrajn mingħajr il-ħtieġa għal aktar azzjoni min-naħa tal-konsumatur.
DOKUMENT EWLIENI
Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 111, , pp. 16-22)