Tneħħija tax-xewk tal-kelb il-baħar

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regolament japplika għal:

Huwa jipprojbixxi:

Din il-projbizzjoni tapplika għal ħut li jagħmel parti mill-unità tassonomika Elasmobranchii (li tinkludi klieb il-baħar, rebekkini, rajji u speċijiet simili), ħlief għat-tneħħija ta’ ġwienaħ tar-rajji.

Kundizzjonijiet

Biex jiġi ffaċilitat il-ħżin abbord, ix-xewk jistgħu jiġu parzjalment imqatta’ u jintwew kontra l-karkassa, iżda ma għandhomx jitneħħew minn mal-karkassa qabel ma jinħattu l-art.

Rapportar

Taħt dan ir-regolament, il-pajjiż li l-bastiment ikun qed jistad taħt il-bandiera tiegħu, skont is-sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-UE, għandu jibgħat lill-Kummissjoni Ewropea rapport annwali dwar il-konformità mar-regolament li jinkludi:

Fl-2016, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-operat tar-regolament wara li ġie emendat fl-2013, u dwar l-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament ilu japplika mit-2 ta’ Settembru 2003.

SFOND

TERMINI EWLENIN

Ix-xewk tal-kelb il-baħar: tfisser kull xewka ta’ klieb il-baħar inklużi xewk caudalis, iżda mhux xewk tas-sider ta’ rajji, li huma parti kostitwenti tal-ġwienaħ tar-rajji.
Trasbord: it-trasferiment ta’ qabda minn bastiment iżgħar tas-sajd għal fuq wieħed ikbar li mbagħad jinkorporaha f’lott akbar għat-trasport bil-baħar.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1185/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta’ bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, pp. 1-3)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1185/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENT RELATAT

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewk tal-klieb il-baħar abbord bastimenti, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013, u dwar l-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam (COM(2016) 207 final, 15.4.2016)

l-aħħar aġġornament 20.09.2019