Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u sistema ta’ kontroll tas-sajd
SOMMARJU
X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
Jistabbilixxi l-EFCA, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, li qabel it-2012 kienet magħrufa bħala l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd.
l-EFCA timmira li:
-
torganizza l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll u ta’ spezzjoni tas-sajd ta’ pajjiżi tal-UE;
-
tgħinhom japplikaw ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd (PKS).
PUNTI EWLENIN
il-missjoni u kompiti tal-EFCA huma kif ġej.
-
Li tikkordina:
-
Li tgħin lill-pajjiżi tal-UE:
-
fir-rappurtar ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd u attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u lil partijiet interessati oħrajn;
-
jaqdu dmirijiethom skont ir-regoli tal-politika tas-sajd.
-
Li tgħin lil pajjiżi tal-UE u lill-Kummissjoni:
-
fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika tas-sajd madwar l-UE kollha;
-
bir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux fl-UE fir-rigward tal-ftehimiet dwar is-sajd.
-
Li tikkontribwixxi għal:
-
riċerka u żvilupp ta’ tekniki ta’ kontroll u spezzjoni;
-
spetturi tat-taħriġ u l-iskambju ta’ esperjenza bejn pajjiżi tal-UE.
Organizzazzjoni
L-EFCA, li hija bbażata f’Vigo, fi Spanja, hija magħmula minn:
-
direttur eżekuttiv maħtur għal 5 snin;
-
bord konsultattiv biex jassisti lid-direttur eżekuttiv; u
-
bord amministrattiv (li jikkonsisti minn rappreżentant minn kull pajjiż fl-UE u minn 6 rappreżentanti tal-Kummissjoni) li, fost affarijiet oħra, jaħtar id-direttur eżekuttiv.
Il-bord amministrattiv jikkumissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-effettività tal-EFCA kull 5 snin.
Koordinazzjoni operattiva
L-EFCA tikkoordina attivitajiet kemm fuq l-art kif ukoll fl-ibħra tal-UE u f'dawk internazzjonali. Dan isir bl-użu ta’ pjanijiet ta’ użu konġunt, li huma mfassla mill-EFCA wara konsultazzjoni mal-pajjiżi tal-UE.
Id-direttur eżekuttiv jibgħat l-abbozz tal-pjanijiet ta’ użu lill-pajjiż Ewropew ikkonċernat u lill-Kummissjoni. Sakemm ma jkunx hemm oġġezzjoni għall-pjan fi żmien 15-il jum ta' xogħol (f'liema każ jintbagħat lill-Kummissjoni biex jirċievi l-bidliet neċessarji), il-pjan jiġi adottat.
Minn hemm, il-pjanijiet ta’ użu:
-
japplikaw il-livelli ta’ kontroll u spezzjoni u proċeduri;
-
jorganizzaw l-użu ta’ mezzi nazzjonali; u
-
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom pajjiż tal-UE jista’ jidħol fl-ibħra ta’ pajjiż ieħor tal-UE.
L-effettività ta’ kull pjan ta’ eżerċizzju konġunt tiġi evalwata kull sena.
Iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tal-EFCA jipprovdi monitoraġġ, sorveljanza u għodod ta’ komunikazzjoni.
Punti ewlenin addizzjonali
-
L-EFCA tista’ takkwista jew tikri t-tagħmir meħtieġ għall-implementazzjoni tal-pjanijiet ta’ użu konġunt u programmi ta’ kontroll u spezzjoni.
-
Minbarra r-riżorsi umani pprovduti mill-pajjiżi tal-UE għall-programmi ta’ kontroll u spezzjoni, il-persunal tal-EFCA jista' jiġi assenjat bħala spetturi tal-UE f’ibħra internazzjonali.
-
L-EFCA tista’ tistabbilixxi unità ta’ emerġenza biex tiġbor u tevalwa tagħrif u tidentifika għażliet biex tgħin tappoġġja l-PKS jekk ikun espost għal riskju serju li ma jistax jiġi pprevenut b’mezzi eżistenti.
-
L-EFCA tikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-politika marittima integrata tal-UE.
-
L-EFCA hija ffinanzjata minn 3 sorsi:
-
il-baġit tal-UE,
-
ħlas għal servizzi pprovduti lil pajjiżi tal-UE, u
-
dħul minn pubblikazzjonijiet, taħriġ u servizzi oħra li tipprovdi.
-
L-EFCA hija involuta f’diversi proġetti ta’ riċerka u żvilupp ta' Orizzont 2020 fl-oqsma ta' sorveljanza marittima u tekniki ta’ osservazzjoni tad-Dinja.
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Daħal fis-seħħ fl-10 ta' Ġunju 2005.
SFOND
Fid-dawl tar-riforma tal-PKS fl-2002, kundizzjonijiet armonizzanti għall-implimentazzjoni tar-regoli saru karattersitika ewlenija tal-politika. Tqies neċessarju l-ħolqien ta’ struttura permanenti biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ kontroll fis-settur tas-sajd. L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (aktar tard EFCA) kienet ir-riżultat ta’ din il-ħtieġa.
ATT
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1–14)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
l-aħħar aġġornament 14.01.2016