Ftehim ma’ Ħong Kong dwar kooperazzjoni u għajnuna reċiproka fi kwistjonijiet doganali
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?
Id-Deċiżjoni tfittex li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi responsabbli mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali*. Minbarra li tipprovdi bosta tipi ta’ kooperazzjoni, fiha wkoll artikoli li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jżidu ulterjorment il-kooperazzjoni doganali permezz ta’ ftehimiet dwar kwistjonijiet speċifiċi.
Id-deċiżjoni tikkonkludi l-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).
PUNTI EWLENIN
Kooperazzjoni doganali
Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jiżviluppaw kooperazzjoni doganali billi:
Assistenza amministrattiva reċiproka
Huma possibbli żewġ tipi ta’ assistenza amministrattiva reċiproka:
Il-ftehim ikopri wkoll sorveljanza speċjali fil-każijiet suspettati kollha. Tali sorveljanza għandha tiġi applikata lil kull persuna naturali jew ġuridika, post, moviment tal-oġġetti jew mezz tat-trasport li huwa jew jista’ jkun marbut jew użat biex jimpenja operazzjonijiet fi ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
Aspetti formali u eċċezzjonijiet għal assistenza
It-talbiet għandhom isiru bil-miktub, ħlief f’każijiet urġenti fejn jistgħu jsiru talbiet orali u sussegwentement jiġu kkonfermati bil-miktub.
It-talbiet għandu jkun fihom:
Il-parti rikjesta tista’ tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba jekk biex tagħmel dan ikun probabbli li din tippreġudika s-sovranità, l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħra ta’ waħda mill-partijiet. L-obbligu li tingħata assistenza jista’ jiġi rrinunzjat ukoll f’każijiet fejn din kieku tikser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.
Il-ftehim fih klawżoli ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni fornuta. Jingħata livell għoli ta’ protezzjoni lid-data personali.
Il-ftehim jipprovdi għat-twaqqif ta’ Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali li jieħu ħsieb il-funzjonament xieraq ta’ dan il-ftehim u jeżamina l-kwistjonjiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tiegħu.
DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ
Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1999.
SFOND
Għal iktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENTI EWLENIN
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/400/EC tal-11 ta’ Mejju 1999 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali (ĠU L 151, 18.6.1999, p. 20)
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali (ĠU L 151, 18.6.1999, p. 21-26)
l-aħħar aġġornament 08.01.2019