Skont il-ftehim, il-partijiet jaqblu li jgħinu lil xulxin sabiex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni doganali1 hija implimentata kif suppost.
Id-Deċiżjoni tikkonkludi l-ftehim mal-Korea t’Isfel f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).
PUNTI EWLENIN
Il-ftehim jipprevedi l-kooperazzjoni f’oqsma li jvarjaw mir-riċerka, l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ proċeduri doganali ġodda għas-simplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-kompjuterizzazzjoni ta’ dawn il-proċeduri.
Il-partijiet jgħinu wkoll lil xulxin fil-prevenzjoni u investigazzjoni ta’ ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali.
Kooperazzjoni doganali
Il-partijiet jaqblu li jikkooperaw:
fir-riċerka, l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ proċeduri doganali ġodda;
fit-taħriġ u l-iskambju tal-persunal;
fis-simplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-kompjuterizzazzjoni ta’ proċeduri doganali;
fl-iskambju ta’ data professjonali, xjentifika u teknika marbuta mal-leġiżlazzjoni doganali;
fl-iskambju ta’ informazzjoni dwar azzjonijiet meħudin ma’ pajjiżi oħrajn b’rabta ma’ assistenza teknika.
Għajnuna amministrattiva reċiproka
Il-ftehim jipprevedi 2 tipi ta’ għajnuna:
għajnuna spontanja: il-partijiet jistgħu jipprovdu għajnuna lil xulxin fuq inizjattiva tagħhom stess jekk iqisu dan bħala neċessarju għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali;
għajnuna fuq talba: l-awtorità li ssirilha t-talba2 għandha tipprovdi lill-awtorità applikanti3 bl-informazzjoni rilevanti kollha biex tippermettilha tiżgura li l-leġiżlazzjoni doganali hija applikata sew. L-informazzjoni tista’ tikkonċerna ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali u proċeduri ta’ esportazzjoni u importazzjoni irregolari bejn iż-żewġ partijiet. Sorveljanza speċjali tista’ tkun rikjesta fil-każijiet suspettati kollha. Tali sorveljanza tista’ tiġi applikata lil kull persuna fiżika jew ġuridika, kull post, moviment tal-oġġetti jew mezz tat-trasport li huwa jew jista’ jkun marbut jew użat biex isir ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
Aspetti formali u eċċezzjonijiet għall-għajnuna
It-talbiet għall-għajnuna għandhom ikunu:
magħmulin bil-miktub, ħlief f’każijiet urġenti fejn jistgħu jsiru talbiet orali, u jiġu kkonfermati bil-miktub wara;
akkumpanjati bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħhom, inkluż: l-awtorità applikanti, il-miżura mitluba, l-oġġett u r-raġuni għat-talba, il-leġiżlazzjoni involuta u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma fil-mira tal-investigazzjoni.
L-awtorità li ssirilha t-talba:
tagħti informazzjoni li għandha diġà u twettaq inkjesti xierqa;
tista’ tirrifjuta li tipprovdi għajnuna f’każijiet fejn ikun probabbli li din tippreġudika s-sovranità, l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħra ta’ waħda mill-partijiet.
It-talba għall-għoti ta’ għajnuna tista’ tkun irrifjutata wkoll fejn din:
tikser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali; jew
tinvolvi regolamenti tal-munita jew tat-taxxa apparti leġiżlazzjoni doganali.
Il-ftehim:
fih klawżoli ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni fornuta. Jingħata livell għoli ta’ protezzjoni lid-data personali;
jippermetti t-twaqqif ta’ Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali li jiżgura l-funzjonament xieraq tal-ftehim u jeżamina l-kwistjonjiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tiegħu.
Leġiżlazzjoni doganali: tinkludi kwalunkwe regola legali adottata mill-UE jew mill-Korea rigward l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt kwalunkwe proċedura doganali oħra, inklużi miżuri ta’ projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll.
L-awtorità li ssirilha t-talba: l-awtorità doganali kompetenti li tirċievi talba għall-għajnuna.
Awtorità applikanti: l-awtorità doganali kompetenti li tagħmel talba għall-għajnuna.
DOKUMENTI EWLENIN
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna amministrattiva reċiproka rigward affarijiet doganali (ĠU L 121, , pp. 14-18)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/291/KE tas- rigward il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea fuq il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka fi’affarijiet doganali (ĠU L 121, , p. 13)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 307, , p. 2-4)
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea fuq il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’affarijiet doganali (ĠU L 121, , p. 19)