Trattament ugwali irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2000/43/KE — li timplimenta trattament ugwali irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Derogi mill-prinċipju ta’ trattament ugwali

Rimedji u infurzar

Il-vittma tad-diskriminazzjoni teħtieġ tistabbilixxi biss preżunzjoni ta’ diskriminazzjoni, u wara dan, huwa d-dmir tal-intimat li jagħti prova li ma kienx hemm diskriminazzjoni.

Djalogu soċjali u djalogu ċivili

Korpi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza

Id-Direttiva emendatorja (UE) 2024/1499 tiċċara r-rwol ta’ korpi maħtura fil-livell nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament ugwali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (korpi tal-ugwaljanza). Hija tistabbilixxi rekwiżiti minimi li l-Istati Membri tal-UE għandhom jimplimentaw fir-rigward tar-rwol u t-tħaddim ta’ dawn il-korpi, inkluż kif għandhom jgħinu lill-vittmi wara li jirċievu l-ilment tagħhom. Dawn il-korpi għandhom:

Taħt id-Direttiva emendatorja (UE) 2024/1499, l-Istati Membri għandhom ukoll:

Rakkomandazzjoni

Filwaqt li jibni fuq id-Direttiva 2000/43/KE u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2020 li tistabbilixxi l-qafas strateġiku tal-UE tar-Rom, fl-2021, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta rakkomandazzjoni li timpenja lill-Istati Membri jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra n-nies Rom, u jippromwovu l-inklużjoni tagħhom fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni tissostitwixxi waħda preċedenti adottata fl-2013.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2000/43/KE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sad-.

Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1499 għandha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sad-. Ir-regoli introdotti fid-direttiva emendatorja għadhom japplikaw mill-istess data.

SFOND

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u r-rispett tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huma prinċipji fundamentali tal-UE, stabbiliti fl-Artikoli2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (UE) jipprovdi lill-UE b’bażi legali biex tiġġieled il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni abbażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Diskriminazzjoni diretta. Meta persuna tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra li tkun, kienet jew tkun ser tiġi ttrattata f’sitwazzjoni komparabbli abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika.
  2. Diskriminazzjoni indiretta. Meta regola, kriterju jew prattika li jkunu jidhru newtrali jpoġġu lill-persuni ta’ oriġini razzjali jew etnika fi żvantaġġ partikolari, meta mqabbla ma’ persuni oħrajn, sakemm tali regola, kriterju jew prattika ma jkunux oġġettivament iġġustifikati minn għan leġittimu u l-mezzi sabiex jintlaħaq dak l-għan ikunu xierqa u meħtieġa.
  3. Fastidju. Meta imġiba mhux mixtieqa relatata ma’ oriġini razzjali jew etnika sseħħ bl-iskop jew bl-effett ta’ ksur tad-dinjità ta’ persuna, u li toħloq ambjent ta’ intimidazzjoni, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.
  4. Vittimizzazzjoni. Trattament mhux ġust jew krudili ta’ xi ħadd li jilmenta minn diskriminazzjoni jew li jgħin lil ħaddieħor f’ilment dwar diskriminazzjoni.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad- li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, , pp. 22–26).

l-aħħar aġġornament .