Id-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Din tistabilixxi regoli komuni għat-tqegħid fis-suq ta’ servizzi finanzjarji minn fornituri lil konsumaturi fl-Unjoni Ewropea (UE), sabiex ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi.
Id-direttiva tkopri s-servizzi finanzjarji kollha, inklużi karti tal-kreditu, fondi ta’ investiment, assigurazzjoni u pjanijiet personali ta’ pensjoni li jistgħu jinbiegħu lil konsumaturi permezz ta’ kanali ta’ bejgħ mill-bogħod bħal bit-telefown, fax u l-internet.
Id-direttiva tiggarantixxi l-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż:
Id-direttiva dwar id-drittjiet tal-konsumatur — Direttiva 2011/83/UE (ara s-sommarju) — tirregola l-bejgħ mill-bogħod għal konsumaturi tal-prodotti u servizzi oħra kollha mhux finanzjarji, u tħassar id-Direttiva 97/7/KE.
Ir-rieżami tad-direttiva kien inkluż fil-programm ta’ ħidma 2020 tal-Kummissjoni (Anness II — inizjattivi REFIT, “Spinta ġdida għad-Demokrazija Ewropea”). Evalwazzjoni tad-direttiva kienet ippubblikata wkoll fl-2020.
Id-Direttiva 2002/65/KE ser tkun imħassra minn Direttiva (UE) 2023/2673 mid-.
Din ilha tapplika mid- u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sad-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat- li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/619/KEE u direttiva 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, , pp. 16–24).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/65/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għall-finijiet ta’ referenza.
l-aħħar aġġornament