Prodotti Difettużi: Responsabbiltà
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Direttiva 85/374/KEE — responsabbiltà tal-prodott
SOMMARJU
X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
Hija tistabbilixxi l-prinċipju tar-responsabbiltà mingħajr tort applikabbli għall-produtturi Ewropej. Fejn prodott difettuż* jikkawża ħsara lil konsumatur, il-produttur jista’ jkun responsabbli anke mingħajr negliġenza jew nuqqas min-naħa tagħhom.
PUNTI EWLENIN
Ħsara koperta
Id-direttiva għal ħsara:
— |
ikkawżata minn mewt jew minn korrimenti personali,
|
— |
ikkawżata lill-proprjetà privata.
|
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu limitu għar-responsabbiltà totali ta’ produttur fil-każ ta’ mewt jew korriment personali kkawżat minn oġġetti identiċi bl-istess difett.
Responsabbiltà
Produttur tista’ tfisser:
— |
il-produttur ta’ materja prima, il-manifattur ta’ prodott lest jew ta’ parti komponenti,
|
— |
l-importatur tal-prodott,
|
— |
kwalunkwe persuna li tniżżel isimha, trejdmark jew fattur distintiv ieħor fuq il-prodott,
|
— |
kwalunkwe persuna li tforni prodott li l-produttur jew l-importatur tiegħu ma jistax jiġi identifikat.
|
Fejn 2 persuni jew iktar huma responsabbli għall-istess ħsara, għandhom ikunu responsabbli flimkien.
Prova ta’ ħsara
Prodott ikun difettuż meta ma jipprovdix is-sigurtà li persuna tkun intitolata li tistenna, waqt li tikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:
— |
il-preżentazzjoni tal-prodott,
|
— |
l-użu raġonevoli tal-prodott,
|
— |
il-ħin meta l-prodott tqiegħed fis-suq.
|
Il-persuna korruta ġġorr il-il-piż tal-prova . Għandhom jagħtu prova ta':
— |
il-ħsara reali,
|
— |
id-difett fil-prodott,
|
— |
ir-rabta kawżali bejn il-ħsara u d-difett.
|
Madankollu, m’għandux għalfejn jagħti prova tan-negliġenza jew tat-tort tal-produttur jew tal-importatur.
Eżenzjoni mir-responsabbiltà
Hemm numru ta’ fatturi li jistgħu jeżentaw produttur mir-responsabbiltà jekk:
— |
dawn ma poġġewx il-prodott fiċ-ċirkolazzjoni,
|
— |
id-difett deher wara li l-prodott tqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni,
|
— |
il-prodott ma ġiex immanifatturat minnhom biex jinbiegħ jew jiġi distribwit għall-profit,
|
— |
il-prodott ma ġiex immanifatturat jew distribwit minnhom għal kwalunkwe skop fi ħdan it-tranżazzjonijiet u l-prattiki tas-soltu tan-negozju tagħhom,
|
— |
id-difett huwa minħabba konformità tal-prodott mar-regolamenti obbligatorji maħruġin mill-awtoritajiet pubbliċi,
|
— |
id-difett ta’ komponent kien ikkawżat waqt il-manifattura ta’ prodott finali.
|
Meta l-persuna korruta jkollha tort, ir-responsabbiltà tal-produttur tista’ tonqos.
Skadenza tar-responsabbiltà
— |
Il-persuna korruta għandha 3 snin biex fihom tfittex kumpens. Dan il-perjodu jibda mid-data ta’ meta l-persuna korruta tkun indunat bil-ħsara, id-difett u l-identità tal-produttur.
|
— |
Il-produttur ma jkunx iktar responsabbli 10 snin wara d-data ta’ meta l-prodott tqiegħed fis-suq.
|
— |
L-ebda klawżola kuntrattwali ma tista’ tħalli lill-produttur jillimita r-responsabbiltà tiegħu fir-rigward tal-persuna korruta.
|
— |
Il-liġijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili għadhom japplikaw.
|
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Hija daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Lulju 1985. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-30 ta' Lulju 1988.
SFOND
Responsabbiltà ta’ prodotti difettużi
TERMINI EWLENIN
* Prodott: l-oġġetti mobbli kollha, anke meta jkunu inkorporati f’oġġett mobbli ieħor jew f’oġġett immobbli. Jinkludi l-elettriku, prodotti agrikoli primarji (prodotti tal-ħamrija, ta’ trobbija u tas-sajd, esklużi prodotti li jkunu għaddew minn ipproċessar inizjali - eż. qtugħ, tqaxxir u frott u ħxejjex iffriżar) u kaċċa.
ATT
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29–33)
l-aħħar aġġornament 19.01.2016