Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Unjoni Ewropea

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2006/112/KE – is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2006/112/KE tirriformula u tħassar is-sitt direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) sabiex tiċċara l-leġiżlazzjoni attwali dwar il-VAT fl-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Il-VAT tiġi applikata għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa fl-UE għall-ħlas minn persuna taxxabbli (jiġifieri individwu jew negozju li, b’mod indipendenti, jipprovdi oġġetti jew servizzi matul attività ekonomika).

L-importazzjonijiet fl-UE huma soġġetti għall-VAT. F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/1539, mill- il-fornitur jew il-fornitur preżunt (pjattaformi) tal-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati minn pajjiżi mhux tal-UE dejjem se jkun responsabbli għall-VAT fuq l-importazzjoni, minflok ir-regola ġenerali li kull persuna li timporta hija responsabbli.

Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2025/516 tintroduċi bidliet estensivi biex timmodernizza s-sistema tal-VAT u tadattaha għall-ekonomija diġitali. Dawn jinkludu regoli ġodda dwar il-fatturazzjoni elettronika u r-rapportar diġitali għall-pjattaformi li jiffaċilitaw il-kirjiet ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u t-trasport tal-passiġġieri, kif ukoll skemi estiżi ta’ simplifikazzjoni tal-punt uniku ta’ servizz biex tkompli titnaqqas il-ħtieġa tar-reġistrazzjoni tal-VAT f’diversi Stati Membri, bi skadenzi ta’ applikazzjoni f’fażijiet bejn l-2027 u l-2035.

It-tranżazzjonijiet taxxabbli jinkludu l-forniment ta’ oġġetti jew servizzi fl-UE, l-akkwist ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri tal-UE (oġġetti fornuti u mibgħuta jew ittrasportati minn negozju minn Stat Membru għal negozju fi Stat Membru ieħor) u l-importazzjoni ta’ oġġetti fl-UE minn pajjiżi mhux tal-UE.

Saru għadd ta’ emendi għad-Direttiva 2006/112/KE, inklużi xi emendi minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Riforma tas-sistema tal-VAT

Bħala parti mir-riforma proposta fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT tal-Kummissjoni fl-2016, id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/542 temenda d-Direttiva 2006/112/KE permezz ta’:

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/425 temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar l-introduzzjoni ta’ ċertifikat elettroniku obbligatorju ta’ eżenzjoni mill-VAT. L-Istati Membri jridu japplikaw dawn ir-regoli l-ġodda sal-, b’perjodu ta’ tranżizzjoni sat- meta l-użu taċ-ċertifikat elettroniku jsir obbligatorju.

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 tal- temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali. Din tintroduċi l-fatturazzjoni elettronika bħala r-regola, obbligi ġodda ta’ rapportar diġitali, ir-regoli dwar il-fornitur preżunt għall-pjattaformi fis-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u ta’ trasport tal-passiġġieri, ambitu estiż għall-punt uniku ta’ servizz u skadenzi ta’ applikazzjoni f’fażijiet mill-2027 sal-2035.

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/1539 tat- temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-regoli tal-VAT għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati, il-ħatra ta’ rappreżentanti tat-taxxa u t-tħassir ta’ arranġamenti speċjali. Din tapplika mill-.

MINN META BDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2006/112/UE kellha tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali sal-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, , pp. 1–118).

L-emendi suċċessivi għar-Direttiva (UE) 2006/112/EC ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament